LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/05 p. 1
  • Ittra mill-Uffiċċju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ittra mill-Uffiċċju
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Materjal Simili
  • Ittra mill-Uffiċċju
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Xi Jsir f’Uffiċċju tal-Fergħa?
    Min Qed Jagħmel ir-Rieda taʼ Ġeħova Llum?
  • Ittra mill-Uffiċċju taʼ Malta
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Xiehda Ċara taʼ Mħabba, Fidi, u Ubbidjenza
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2005
km 9/05 p. 1

Ittra mill-​Uffiċċju

Għeżież Pubblikaturi tas-​Saltna:

Kemm kellna sena taʼ servizz inkuraġġanti! Immedjatament, f’Settembru taʼ l-​2004, fraħna għaliex irċivejna l-​Iskrittura Griega Kristjana bil-​Malti—ġrajja tassew importanti fl-​istorja tal-​Verità f’Malta. Aħna napprezzaw ħafna d-​direzzjoni u l-​għajnuna provduta mill-​Ġemgħa li Tiggverna kif ukoll ix-​xogħol iebes tal-​familja taʼ Betel li rriżulta f’ikel spiritwali provdut fil-​waqt. (Mt. 24:​45-47) Minbarra l-​versi prinċipali tal-​Bibbja, kellek ċans tagħti daqqa t’għajn lejn l-​informazzjoni dettaljata fl-​appendiċi fuq wara?

Xi ngħidu dwar it-​Tifkira? Ilkoll kemm aħna konna qegħdin naħsbu li din is-​sena se nkunu iktar minn 1,000 persuna fl-​attendenza—u hekk ġara! (Is. 60:22) Infaħħrukom ilkoll għall-​isforzi diliġenti tagħkom biex tistiednu kemm jistaʼ jkun nies, inkluż lil dawk li bħalissa huma inattivi, membri tal-​familja, u ħbieb. L-​attendenza totali kienet taʼ 1,032. Il-​kongregazzjoni taʼ l-​Ingliż f’Malta, li tieħu ħsieb l-​għalqa barranija wkoll kellha quċċata taʼ 200 persuna, fosthom dawk fil-​kampijiet tar-​refuġjati. Tliet taħditiet separati ġew preżentati għalihom bl-​Ingliż u l-​Franċiż. Huwa inkuraġġanti li, hekk kif dawn ir-​refuġjati jinħelsu, tara kemm hemm minnhom li jkomplu jistudjaw il-​Bibbja u jattendu l-​laqgħat Kristjani regolarment.—Riv. 7:9.

Din l-​attività żeluża kollha għall-​avanz taʼ l-​interessi tas-​Saltna hi taʼ min ifaħħarha! L-​appoġġ finanzjarju ġeneruż tagħkom għax-​xogħol huwa apprezzat ferm ukoll. (Prov. 3: 9, 10) Jalla Ġeħova jibqaʼ jbierek l-​isforzi magħqudin tagħna sabiex “naqdu għat-​tifħir tal-​glorja tiegħu.”​—Efes. 1: 12.

Ħutkom,

L-​Uffiċċju taʼ Malta

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja