L-Akbar Kampanja taʼ Ppridkar li Qatt Rat id-Dinja!
Għal iktar minn 100 sena, ix-Xhieda taʼ Ġeħova organizzaw ruħhom biex jaqsmu l-aħbar tajba. (1 Kor. 9:23) F’din l-akbar kampanja taʼ ppridkar li qatt rat id-dinja, aħna nxandru dan il-messaġġ b’mijiet taʼ lingwi. Aħna naqsmu dan il-messaġġ f’iktar minn 230 pajjiż. (Mt. 24:14) Iżda għala huwa neċessarju dan ix-xogħol? U kif qed jitwettaq fuq skala globali?
Id-DVD Jehovah’s Witnesses—Organized to Share the Good News (Ix-Xhieda taʼ Ġeħova—Organizzati biex Jaqsmu l-Aħbar Tajba m’Oħrajn) iwieġeb dawn il-mistoqsijiet billi jipprovdi ħarsa dettaljata dwar id-diversi aspetti taʼ l-attività internazzjonali tagħna. Hekk kif tara l-vidjo, ikkunsidra dawn il-mistoqsijiet: (1) Kif inhi organizzata u mmexxija l-attività tagħna? (2) Id-Dipartimenti tal-Kitba, tas-Servizzi tat-Traduzzjoni, taʼ l-Arti, u tas-Servizzi taʼ l-Awdjo u tal-Vidjo, kif jikkontribwixxu biex titwassal l-aħbar tajba? (3) X’inhu l-iskop fix-xogħol estensiv tagħna taʼ l-istampar u tal-mod kif tintbagħat il-letteratura? (Ġw. 17:3) (4) Kemm tiġi stampata letteratura kull sena? (5) X’wettqu l-pubblikazzjonijiet tagħna bbażati fuq il-Bibbja? (Ebr. 4:12) (6) X’qed isir biex tiġi provduta l-assistenza spiritwali lil dawk neqsin mill-vista jew mis-smigħ? (7) Kif jiġi finanzjat ix-xogħol tagħna? (8) Kif qed nibbenefikaw mix-xogħol tas-Servizzi taʼ Informazzjoni għall-Isptarijiet, mid-Dipartiment tas-Servizz, u mid-Dipartiment tal-Konvenzjoni? (9) Bħala wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova, dan il-vidjo kif kabbar l-apprezzament tiegħek għal (a) l-isforz li l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova qed tagħmel biex tippriedka l-aħbar tajba? (b) l-iktar minn 100 familja taʼ Betel madwar id-dinja? (ċ) it-taħriġ edukattiv provdut għall-indokraturi u l-missjunarji? (d) l-importanza biex tibda l-ġurnata billi tikkunsidra l-iskrittura tal-jum u tipprepara kull ġimgħa għal-laqgħat Kristjani? (e) il-benefiċċji li tattendi l-laqgħat Kristjani tagħna? (f) x’se tkun tfisser il-Ġenna taʼ l-art għalik? (Is. 11:9) (ġ) li tieħu sehem fix-xogħol tal-ħsad li għadu sejjer?—Ġw. 4:35.
X’reazzjonijiet pożittivi rajt meta wrejt dan id-DVD lil qrabatek, lil ħbiebek, lil dawk li għamiltilhom żjara lura, u lill-istudenti tal-Bibbja? Għala ma tiħux l-opportunità biex tara dan il-vidjo maʼ xi ħadd u taqsam miegħu l-aħbar tajba bla dewmien?—Mt. 28:19, 20.