LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp20 Nru. 2 pp. 11-13
  • X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAK LI DIĠÀ GĦAMLET IS-​SALTNA T’ALLA
  • X’SE TWETTAQ IS-​SALTNA T’ALLA?
  • DAK LI SE TAGĦMEL IS-​SALTNA T’ALLA GĦALL-​BNEDMIN
  • X’Inhi s-​Saltna t’Alla?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • X’inhi s-Saltna t’Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • X’Se Tagħmel is-Saltna t’Alla
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Saltna “li Ma Tinqered Qatt”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2020
wp20 Nru. 2 pp. 11-13
Xmara li tinżel f’waterfall. Ix-xmara hi mdawra b’muntanji miksijin bis-silġ u foresta.

X’Se Twettaq is-Saltna t’Alla?

Ġesù għallem lid-​dixxipli tiegħu biex jitolbu ħalli tiġi s-​Saltna t’Alla. Hu kien jaf li ma kienx l-​iskop t’Alla li jiġru affarijiet ħżiena fuq l-​art. Kien jaf ukoll li s-​Saltna t’Alla hi l-​uniku gvern li jistaʼ jirranġa dawn il-​problemi. X’se twettaq is-​Saltna t’Alla?

DAK LI DIĠÀ GĦAMLET IS-​SALTNA T’ALLA

Fl-​artiklu taʼ qabel, ikkunsidrajna s-​sinjal li ta Ġesù. Dan jipprovdi evidenza ċara li s-​Saltna t’Alla ġiet stabbilita fis-​sema b’Ġesù Kristu bħala s-​Sultan.

Il-​Bibbja tgħid li meta Ġesù beda jmexxi s-​Saltna, hu kellu jkeċċi lil Satana u d-​demonji tiegħu mis-​sema. Issa, huma jistgħu jikkontrollaw biss dak li qed jiġri fuq l-​art, u din hi waħda mir-​raġunijiet għala l-​affarijiet iggravaw daqshekk mis-​sena 1914 ʼl hawn.—Rivelazzjoni 12:7, 9.

Ġesù, bħala s-​Sultan tas-​Saltna t’Alla, għamel xi affarijiet biex jgħin lin-​nies minkejja li l-​kundizzjonijiet tad-​dinja sejrin għall-​agħar. Ġesù bassar li se jsir xogħol edukattiv tal-​Bibbja mad-​dinja kollha. Permezz taʼ dan, ħafna qed jitgħallmu x’inhuma l-​prinċipji tal-​Bibbja u qed japplikawhom f’ħajjithom. (Isaija 2:2-​4) Miljuni taʼ nies tgħallmu jkollhom ħarsa bilanċjata lejn ix-​xogħol, itejbu l-​ħajja tal-​familja tagħhom, u jgawdu l-​affarijiet materjali mingħajr ma jsiru skjavi tagħhom. Dawn in-​nies bħalissa qed jitgħallmu jgħixu b’mod li jkun għall-​ġid tagħhom u qed isiru t-​tip taʼ nies li jixtieq Alla bħala ċittadini tas-​Saltna tiegħu.

X’SE TWETTAQ IS-​SALTNA T’ALLA?

Għalkemm Ġesù diġà qed imexxi fis-​sema, il-​gvernijiet umani għadhom imexxu fuq l-​art. Madankollu, Alla qal lil Ġesù biex imur jirbaħ lill-​għedewwa tiegħu. (Salm 110:2) Dalwaqt, Ġesù se jeqred kompletament lil dawk kollha li jopponuh u se jneħħi l-​problemi taʼ dawk li huma lesti jobdu lil Alla.

Dalwaqt, is-​Saltna t’Alla se tieħu azzjoni biex

  • Teqred ir-​reliġjon falza. Reliġjonijiet li għallmu gideb dwar Alla u għamlu l-​ħajja tan-​nies diffiċli se jispiċċaw. Il-​Bibbja tqabbel ir-​reliġjon falza maʼ prostituta. Meta tinqered, ħafna nies se jinħasdu.—Rivelazzjoni 17:15, 16.

  • Ittemm it-​tmexxija mill-​bniedem. Is-​Saltna t’Alla se tieħu azzjoni u ttemm it-​tmexxija mill-​bniedem.—Rivelazzjoni 19:15, 17, 18.

  • Teqred lin-​nies ħżiena. Xi ngħidu dwar dawk li huma determinati jagħmlu affarijiet ħżiena u jirrifjutaw li jobdu lil Alla? “Rigward in-​nies mill-​agħar, dawn se jitqaċċtu mill-​art.”—Proverbji 2:22.

  • Telimina lil Satana u d-​demonji. Satana u d-​demonji mhux se jkunu jistgħu ‘jqarrqu iktar bil-​ġnus.’—Rivelazzjoni 20:3, 10.

Dan kollu x’se jfisser għal dawk li jaċċettaw is-​Saltna t’Alla?

DAK LI SE TAGĦMEL IS-​SALTNA T’ALLA GĦALL-​BNEDMIN

Bħala sultan li qed imexxi fis-​sema, Ġesù se jwettaq ħafna iktar affarijiet milli jistaʼ jwettaq mexxej uman. Se jkun hemm 144,000 li se jsaltnu miegħu u jgħinuh, u dawn se jintgħażlu minn fost il-​bnedmin. (Rivelazzjoni 5:9, 10; 14:1, 3) Hu se jagħmel ċert li jsir dak li jrid Alla hawn fuq l-​art. X’se tagħmel is-​Saltna t’Alla għal dawk li se jgħixu fuq l-​art?

  • Se telimina l-​mard u l-​mewt. “Ħadd minn min jgħammar hemmhekk ma jgħid: ‘Jien marid,’” u “ma jkunx hemm iżjed mewt.”—Isaija 33:24; Rivelazzjoni 21:4.

  • Se tagħmel ċert li jkun hemm paċi u sigurtà vera. “Il-​paċi taʼ wliedek tkun kotrana,” u se “joqogħdu bil-​qiegħda, kull wieħed taħt id-​dielja tiegħu u taħt is-​siġra tat-​tin tiegħu, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.”—Isaija 54:13; Mikea 4:4.

  • Se tipprovdi xogħol bi skop. “Il-​magħżulin tiegħi se jużaw xogħol idejhom bis-​sħiħ. Ma jitħabtux għalxejn.”—Isaija 65:22, 23.

  • Se ssolvi l-​problemi tal-​ambjent. “Ix-​xagħri u r-​reġjun bla ilma se jifirħu, u l-​pjanura tad-​deżert se tifraħ u twarrad bħaż-​żagħfran.”—Isaija 35:1.

  • Se tgħallem lin-​nies x’għandhom bżonn jagħmlu biex jgħixu għal dejjem. “Il-​ħajja taʼ dejjem tfisser dan: li jieħdu għarfien dwarek, l-​uniku Alla veru, u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.”—Ġwanni 17:3.

Alla jixtieqek tgawdi l-​barkiet li semmejna. (Isaija 48:18) L-​artiklu li jmiss se jispjega dak li tistaʼ tagħmel issa biex ikollok futur mill-​isbaħ.

Il-​bnedmin ilhom jaħkmu fuq l-​art għal eluf taʼ snin u għamlu ħafna ħsara. Is-​Saltna t’Alla se tirranġa din il-​ħsara kollha. Se tipprovdi

  • Koppja qed jiġġoggjaw fil-kampanja.

    SAĦĦA PERFETTA

  • Familja qed tagħmel piknik ġo ġnien. Il-missier qed idoqq il-kitarra.

    PAĊI U SIGURTÀ

  • Koppja qed jaħdmu fil-ġnien tagħhom.

    XOGĦOL BI SKOP

  • Xmara li tinżel f’waterfall. Ix-xmara hi mdawra b’muntanji miksijin bis-silġ u foresta.

    AMBJENT NADIF

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja