X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Tistaʼ tkun verament taʼ sfida li nagħmlu dak li suppost meta n-nies jagħmlulna pressjoni sabiex nagħmlu l-kontra. X’taħseb li jistaʼ jgħinna biex ma nċedux? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Proverbji 29:25.] Dan l-artiklu t’għajnuna jenfasizza ħames raġunijiet għala għandna nibżgħu li ma nogħġbux lil Alla u mhux lill-bniedem.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 28.
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Xi ministri jgħallmu li jekk nogħġbu lil Alla, hu se jagħtina prosperità materjali. Madankollu, probabbilment taf b’nies tajbin li huma foqra. Taħseb li Alla jridna nkunu għonja? [Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad aqra Ebrej 13:5.] Dan l-artiklu jispjega l-mod kif Alla jberikna.” Uri l-artiklu li jibda f’paġna 12.