X’Nistgħu Ngħidu Dwar ir-Rivisti
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Taħseb li dak kollu li jiġri fil-ħajja jkun ġie deċiż minn qabel? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja dwar dan. [Aqra Ekkleżjasti 9:11.] Din ir-rivista tispjega li għalkemm Alla ddetermina minn qabel futur mill-isbaħ għall-art, hu jħalli lil kull wieħed u waħda minna nagħżlu kif se ngħixu ħajjitna.”
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Ħafna tfal tal-iskola jidhru li huma stressati. Taħseb li l-affarijiet inbidlu minn mindu kienu żgħar il-ġenituri tagħhom? [Agħti ċans għal tweġiba.] Stress żejjed jistaʼ jkollu effetti ħżiena. [Aqra Ekkleżjasti 7:7a.] Din ir-rivista tiddiskuti kif l-adulti jistgħu jgħinu lit-tfal ikampaw.”