Kaxxa għall-Mistoqsija
◼ Kemm għandna ndumu nistudjaw maʼ student tal-Bibbja progressiv?
Ikun aħjar li tkompli tistudja maʼ student tal-Bibbja progressiv sakemm ikun studja żewġ pubblikazzjonijiet—Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? u “Żommu Ruħkom fl-Imħabba t’Alla.” Dan hu minnu anke jekk l-istudent jitgħammed qabel ma jispiċċa ż-żewġ kotba. Wara l-magħmudija tiegħu nistgħu nibqgħu nniżżlu l-ħin, iż-żjajjar lura, u l-istudju. Jekk pubblikatur jiġi magħna u jieħu sehem fl-istudju, hu wkoll jistaʼ jniżżel il-ħin.—Ara l-Ministeru tas-Saltna taʼ Marzu 2009, paġna 2.
Huwa importanti li wħud ġodda jkollhom pedament tajjeb fil-verità qabel ma nieqfu nistudjaw magħhom. Iridu ‘jagħmlu l-għeruq’ fi Kristu u ‘jissodaw fil-fidi’ sabiex ikunu jistgħu jirreżistu l-provi li żgur se jħabbtu wiċċhom magħhom. (Kol. 2:6, 7; 2 Tim. 3:12; 1 Pt. 5:8, 9) Minbarra dan, biex jgħallmu lil oħrajn effettivament, jeħtieġ li jkollhom “għarfien eżatt dwar il-verità.” (1 Tim. 2:4) Bl-istudju taʼ żewġ kotba mal-istudenti tagħna, inkunu qed ngħinuhom jiksbu waqfa soda fit-“triq li tieħu għall-ħajja.”—Mt. 7:14.
Qabel ma l-anzjani japprovaw lil xi ħadd għall-magħmudija, għandhom ikunu ċerti li hu jifhem b’mod ċar it-tagħlim bażiku tal-Bibbja u li qed jgħix fi qbil miegħu. L-anzjani għandhom ikunu attenti speċjalment meta jkunu qed jikkunsidraw għall-magħmudija student li għadu ma lestiex l-ewwel ktieb taʼ studju. Jekk xi ħadd ikun għadu mhux lest għall-magħmudija, l-anzjani se jagħmlu ċert li jirċievi l-għajnuna persunali meħtieġa sabiex jikkwalifika għall-magħmudija fil-futur.—Ara l-ktieb Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda taʼ Ġeħova, paġni 216-218.
[Kumment f’paġna 2]
Huwa importanti li wħud ġodda jkollhom pedament tajjeb fil-verità