LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/11 p. 2
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Materjal Simili
  • Tistmaha Int il-Letteratura Tagħna?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Uża l-​letteratura Biblika bil-​għaqal
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Uża bil-Għaqal il-Letteratura Tagħna Bbażata fuq il-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Noffru l-Letteratura f’Territorju Fejn Hemm Iktar minn Lingwa Waħda
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2011
km 12/11 p. 2

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ X’jgħinna niddeċiedu jekk għandniex inħallu xi letteratura maʼ xi ħadd?

L-​iktar ħaġa importanti li għandna nikkunsidraw hi l-​interess tal-​individwu. Jekk juri interess ġenwin, nistgħu nħallulu żewġ rivisti, browxer, ktieb, jew xi letteratura oħra li nkunu qed noffru. Dan hu minnu anki jekk nindunaw li ftit li xejn għandu flus x’jikkontribwixxi għax-​xogħol taʼ madwar id-​dinja. (Ġob 34:19; Riv. 22:17) Mill-​banda l-​oħra, m’għandniex inħallu l-​letteratura prezzjuża tagħna maʼ dawk li ma japprezzawhiex.—Mt. 7:6.

Inkwilin kif jistaʼ juri interess? Il-​fatt li jkun lest jitkellem magħna hu sinjal tajjeb. Jekk joqgħod attent waqt li nkellmuh, iwieġeb għall-​mistoqsijiet, u jesprimi l-​opinjoni tiegħu jindika li qed jinvolvi ruħu fid-​diskussjoni. Jekk isegwi hekk kif naqraw mill-​Bibbja jkun qed jindika li għandu rispett għall-​Kelma t’Alla. Spiss, ikun t’għajnuna jekk nistaqsu jekk hux se jaqra l-​letteratura li nkunu qed noffru. Il-​pubblikaturi għandhom jużaw l-​għaqal biex jaraw jekk jurix interess l-​individwu. Pereżempju, meta nkunu qed nieħdu sehem fl-​għoti taʼ xhieda fit-​toroq ma jkunx xieraq li nagħtu bl-​addoċċ rivisti, browxers, jew kotba lil kull min jgħaddi minn ħdejna. Jekk ma nkunux nafu jekk individwu hux interessat jew le, ikun aħjar jekk nagħtuh volantin jew fuljett.

B’mod simili, l-​ammont taʼ letteratura li pubblikatur jistaʼ jieħu mill-​bank tal-​letteratura għandu jkun ibbażat fuq dak li għandu bżonn il-​pubblikatur sabiex iwettaq il-​ministeru tiegħu, u mhux fuq l-​abbiltà tiegħu biex jikkontribwixxi. Id-​donazzjonijiet mhumiex biex inħallsu għal-​letteratura imma biex jappoġġaw l-​aspetti kollha tal-​attività tal-​ippritkar tagħna madwar id-​dinja. Għandna kemm għandna flus, l-​apprezzament se jqanqalna biex nagħtu bil-​ġenerożità min-​nieqes tagħna, mhux miż-​żejjed tagħna, biex nappoġġaw l-​interessi tas-​Saltna. (Mk. 12:41-​44; 2 Kor. 9:7) Se jqanqalna wkoll biex nieħdu biss il-​letteratura li għandna bżonn, u b’hekk ma naħlux ir-​riżorsi teokratiċi.

[Kumment f’paġna 2]

Il-​pubblikaturi għandhom jużaw l-​għaqal biex jaraw jekk jurix interess l-​individwu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja