Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt t’Awwissu
“Xi wħud jemmnu li l-Bibbja fiha profeziji li qed iseħħu issa. X’inhi l-opinjoni tiegħek?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad agħti t-Torri tal-Għassa taʼ Lulju-Settembru, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt it-tielet sottotitolu n-naħa taʼ fuq f’paġna 17 u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi. Offri r-rivisti u rranġa biex tmur lura ħalli tiddiskuti l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Xi nies jemmnu li d-dinja fl-aħħar mill-aħħar se tispiċċa. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tispjega dak li tgħid il-Bibbja dwar din il-mistoqsija.” Uri l-artiklu f’paġna 13 u aqra Salm 119:90.
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Ħafna nies jixxennqu għal ġustizzja vera imma f’din id-dinja donnha impossibbli biex tinkiseb. Int x’taħseb? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tispjega dak li tgħid il-Bibbja dwar ġustizzja vera taħt il-gvern jew is-saltna t’Alla.” Aqra Salm 37:10, 28 u uri l-artiklu f’paġna 8.