Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Nibdew Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt t’Awwissu
“Aħna nafu li Ġesù għex fuq l-art imma ġieli ħsibt dwar x’qed jagħmel Ġesù issa? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’jgħid dan il-vers mill-Bibbja.” [Aqra Danjel 7:14] Imbagħad lill-inkwilin agħtih kopja tat-Torri tal-Għassa taʼ Lulju-Settembru u kkunsidra l-materjal taħt it-tieni sottitlu f’paġna 17. Offri r-rivisti u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu waħda mill-mistoqsijiet l-oħrajn fl-artiklu.
It-Torri tal-Għassa Lulju-Settembru
“Ħafna nies għandhom it-tama li jgħixu għal dejjem wara li jmutu. Int x’taħseb dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’tgħid il-Bibbja fi Ġwanni 3:16. Dan l-artiklu jispjega x’tgħid il-Bibbja dwar fejn in-nies se jgawdi l-ħajja taʼ dejjem—fis-sema jew fuq l-art.” Enfasizza l-artiklu f’paġna 20.
Stenbaħ! Lulju-Settembru
“Ladarba ħafna qed jissieltu mal-mard, qed naqsmu dan il-vers inkuraġġanti. [Aqra Isaija 33:24.] Meta jitwettaq dan, kif taħseb li l-ħajja se tkun differenti? [Agħti ċans għal tweġiba.] Sakemm Alla jagħmel din il-bidla, hemm xi passi bażiċi li lkoll kemm aħna nistgħu nagħmlu biex intejbu s-saħħa tagħna. Din ir-rivista tispjega dwar dan.”