LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/13 p. 1
  • Agħti Xhieda bir-Reqqa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Agħti Xhieda bir-Reqqa
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • Determinati li Nagħtu Xiehda bir-Reqqa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Inkunu Ħabrieka biex ‘Nagħtu Xiehda bir-Reqqa’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Imħarrġin biex Nagħtu Xiehda bir-Reqqa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Ippriedka u Agħti Xiehda bir-Reqqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 1/13 p. 1

Agħti Xhieda bir-​Reqqa

1. L-​appostlu Pawlu liema eżempju mill-​aħjar ħalla fil-​ministeru?

1 “Wettaq bir-​reqqa s-​servizz tiegħek.” (2 Tim. 4:5, Byington) L-​appostlu Pawlu żgur li kellu l-​libertà tal-​kelma meta ta din it-​twissija lil Timotju. Infatti, bejn is-​sena 47 u s-​sena 56 E.K., Pawlu temm tliet vjaġġi missjunarji. Il-​ktieb tal-​Atti kemm-​il darba jsemmi li Pawlu ta “xiehda bir-​reqqa.” (Atti 23:11; 28:23) Aħna kif nistgħu nagħmlu dan fi żmienna?

2. Kif nistgħu nagħtu xhieda bir-​reqqa meta nippritkaw minn dar għal dar?

2 Minn Dar Għal Dar: Biex nipprovaw nikkuntattjaw lill-​inkwilini li qatt ma semgħu l-​aħbar tajba, forsi jkollna nżuruhom f’ħinijiet differenti matul il-​jum. Għandu mnejn ir-​raġel ikun hemm filgħaxijiet jew fi tmiem il-​ġimgħa. Għandna nagħmlu sforz biex inkellmu lil xi ħadd f’kull residenza billi nibqgħu mmorru meta ma nsibu lil ħadd id-​dar. Xi ngħidu jekk minkejja l-​isforzi tiegħek xorta ma jirnexxilekx? Ittra jew telefonata tistaʼ tħalli riżultati tajbin.

3. Liema opportunitajiet għandek int biex tagħti xhieda pubblikament u b’mod informali?

3 Pubblikament u b’Mod Informali: Il-​qaddejja taʼ Ġeħova llum jagħmlu magħruf “l-​għerf veru” maʼ dawk kollha li lesti li jagħtu widen. Xi kultant dan jagħmluh “fit-​triq” jew “fil-​pjazez.” (Prov. 1:20, 21) Meta nkunu għaddejjin bil-​ħajja tagħna taʼ kuljum, konxji aħna li għandna nagħtu xhieda? Jistaʼ jingħad li aħna ‘okkupati bis-​sħiħ bix-​xandir tal-​kelma’? (Atti 18:5) Jekk iva, allura qed inwettqu l-​obbligu tagħna li “nagħtu xiehda bir-​reqqa.”—Atti 10:42; 17:17; 20:20, 21, 24.

4. It-​talb u l-​meditazzjoni kif se jgħinuna biex nagħtu xhieda bir-​reqqa?

4 Però, xi kultant minħabba xi dgħufija persunali jew minħabba l-​mistħija, għandu mnejn inżommu lura milli nagħtu xhieda. Nistgħu nkunu żguri li Ġeħova jifhem il-​limitazzjonijiet tagħna. (Salm 103:14) Minkejja dan, meta tiġina l-​opportunità, nistgħu nitolbuh biex jagħtina l-​kuraġġ nitkellmu. (Atti 4:29, 31) Ukoll, meta nagħmlu l-​istudju persunali u nimmeditaw fuq il-​Kelma t’Alla, nistgħu niffokaw fuq li nkabbru l-​apprezzament tagħna għall-​valur imprezzabbli tal-​aħbar tajba. (Flp. 3:8) Dan se jqanqalna biex inxandruha biż-​żelu!

5. Kif jistaʼ jkollna sehem fit-​twettiq tal-​profezija taʼ Ġoel?

5 Il-​profezija taʼ Ġoel bassret li qabel ma jiġi l-​jum il-​kbir u tal-​biżaʼ taʼ Ġeħova, in-​nies t’Alla kienu se “jibqgħu sejrin” u ma jħallu assolutament xejn iżommhom lura milli jippritkaw. (Ġoel 2:2, 7-​9) Jalla nkunu involuti bis-​sħiħ fix-​xogħol tal-​ippritkar li qatt mhu se jerġaʼ jsir!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja