LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/13 p. 1
  • Ipprepara għat-Tifkira b’Qalb Ferriħija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ipprepara għat-Tifkira b’Qalb Ferriħija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2013
  • Materjal Simili
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan”—It-Tifkira Se Tkun fil-5 t’April
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • “Ibqgħu Agħmlu Dan b’Tifkira Tiegħi”
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Qed tipprepara għat-Tifkira?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Ġeħova Jbierek l-Isforzi Biex Nattendu t-Tifkira
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2013
km 3/13 p. 1

Ipprepara għat-​Tifkira b’Qalb Ferriħija

1. L-​istaġun tat-​Tifkira hu żmien speċjali biex nagħmlu xiex?

1 It-​Tifkira, li se ssir nhar it-​Tlieta, 26 taʼ Marzu, tipprovdi opportunità mill-​aqwa biex nifirħu b’dak li għamel Ġeħova biex isalvana. (Is. 61:10) Spirtu ferrieħi se jgħinna nkunu preparati sew saħansitra qabel it-​Tifkira. Kif?

2. Xi jqanqalna nippreparaw għall-​osservanza tat-​Tifkira?

2 Nippreparaw għall-​Osservanza: L-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej hi osservanza solenni imma sempliċi. Xorta waħda, tirrikjedi li nippjanaw minn qabel ħalli ma ninsewx dettalji importanti. (Prov. 21:5) Iridu jintgħażlu l-​ħin u l-​post adattati u jridu jinkisbu l-​emblemi xierqa. Il-​post fejn se ssir il-​laqgħa jrid ikun nadif u lest minn kollox. Il-​kelliemi li ngħata l-​inkarigu jrid jipprepara bir-​reqqa, u dawk li se jdawru l-​emblemi u l-​attendants iridu jkunu organizzati. Żgur li ħafna minn dan ix-​xogħol diġà sar. Nippreparaw sew għal din l-​okkażjoni sagra għax qalbna timtela b’apprezzament għall-​fidwa.—1 Pt. 1:8, 9.

3. Kif nistgħu nħejju qalbna għall-​Ikla taʼ Filgħaxija tal-​Mulej?

3 Inħejju Qalbna: Hu essenzjali wkoll li nħejju qalbna biex nifhmu bis-​sħiħ is-​sinifikat kollu tat-​Tifkira. (Esd. 7:10) Għal dan l-​għan, għandna nwarrbu l-​ħin biex nikkunsidraw il-​qari tal-​Bibbja speċjali li jkollna għat-​Tifkira u mbagħad nimmeditaw dwar l-​aħħar jiem taʼ Ġesù hawn fuq l-​art. Jekk nimmeditaw fuq l-​attitudni mhix egoistika taʼ Ġesù se nitqanqlu biex nimitawh.—Gal. 2:20.

4. Liema benefiċċju tal-​fidwa jferrħek l-​iktar?

4 Il-​mewt taʼ Kristu turi li Ġeħova għandu kull dritt li jkun is-​Sovran. Din teħlisna mid-​dnub u l-​mewt. (1 Ġw. 2:2) Tiftaħ it-​triq għal relazzjonijiet paċifiċi m’Alla u għall-​ħajja eterna. (Kol. 1:21, 22) Ukoll, tgħinna nsaħħu d-​determinazzjoni li ngħixu fi qbil mad-​dedikazzjoni tagħna lil Ġeħova u li nibqgħu sodi bħala dixxipli taʼ Kristu. (Mt. 16:24) Hekk kif tipprepara għat-​Tifkira li ġejja u tattendiha, jalla l-​ferħ tiegħek joktor!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja