Qed tipprepara għat-Tifkira?
Kien it-13 taʼ Nisan tas-sena 33 wara Kristu (WK). Ġesù kien jaf li lejla waħda biss kien baqagħlu xi jqattaʼ mal-ħbieb tal-qalb tiegħu qabel ma jiġi maqtul. Kien se jiċċelebra l-aħħar Qbiż tiegħu magħhom u mbagħad jibda osservanza ġdida, l-Ikla taʼ Filgħaxija tal-Mulej. Okkażjoni importanti bħal din żgur li kellha bżonn preparazzjoni. Għalhekk, bagħat lil Pietru u Ġwanni biex ilestu l-affarijiet. (Lq. 22:7-13) Kull sena minn dak iż-żmien ’l hawn, kien neċessarju li l-Kristjani li jixtiequ josservaw it-Tifkira jippreparaw għal din il-ġrajja. (Lq. 22:19) Liema affarijiet bażiċi għandna nagħmlu biex nippreparaw għat-Tifkira li se jkollna fit-3 tʼApril?
Preparazzjoni mill-pubblikaturi:
Irranġaw biex tieħdu sehem kemm jistaʼ jkun fil-kampanja fejn jitqassmu l-inviti għat-Tifkira.
Agħmlu lista taʼ studenti tal-Bibbja, qraba, dawk tal-iskola, kollegi, u nies oħra li tafu, u stidnuhom.
Aqraw u mmeditaw fuq il-qari tal-Bibbja għat-Tifkira.
Ejjew it-Tifkira lesti biex tilqgħu lill-viżitaturi.