Ħu Bħala Mudell lill-Profeti—Ġona
1. Ġona liema kwalitajiet pożittivi kellu?
1 X’jiġik f’moħħok meta taħseb fil-profeta Ġona? Xi wħud għandhom mnejn iqisuh bħala beżżiegħ jew indifferenti. Madankollu, hu b’mod ċar wera l-umiltà, il-kuraġġ, u sagrifiċċju persunali. Kif nistgħu ‘nieħdu bħala mudell’ il-kwalitajiet pożittivi taʼ Ġona?—Ġak. 5:10.
2. Kif nistgħu nimitaw l-umiltà taʼ Ġona?
2 L-Umiltà: Għall-ewwel, Ġona ħarab fid-direzzjoni opposta tat-territorju li ġie inkarigat fih. M’għandniex nissorprendu ruħna għax l-Assirjani kienu magħrufin għall-vjolenza, u Ninwe bdiet tissejjaħ il-“belt li xxerred id-demm.” (Naħ. 3:1-3) Minkejja dan, Ġeħova ddixxiplina lil Ġona, li min-naħa tiegħu wera l-umiltà billi aċċetta l-inkarigu meta reġaʼ ngħata l-opportunità. (Prov. 24:32; Ġona 3:1-3) Għalkemm għall-ewwel ħarab, hu għamel ir-rieda taʼ Ġeħova. (Mt. 21:28-31) Determinati aħna b’mod simili li nippritkaw l-aħbar tajba, anki jekk niġu dixxiplinati jew ningħataw inkarigu f’territorju diffiċli?
3. Liema aspetti tal-ministeru tiegħek jeħtieġu l-kuraġġ u s-sagrifiċċju persunali?
3 Il-Kuraġġ u s-Sagrifiċċju Persunali: Meta Ġona rrealizza li bid-deċiżjoni ħażina tiegħu pperikola l-ħajja tal-baħrin, hu kien lest jissagrifika ħajtu. (Ġona 1:3, 4, 12) Iktar tard, meta kien qed iwettaq l-inkarigu tiegħu f’Ninwe, hu mar fil-qalba tal-belt bil-mixi, forsi biex isib l-aħjar post biex jipproklama l-ġudizzju taʼ Ġeħova. Dawn ma kinux l-azzjonijiet taʼ beżżiegħ, imma taʼ profeta kuraġġuż t’Alla! (Ġona 3:3, 4) Xi ngħidu għalina llum? Aħna neħtieġu l-kuraġġ li jagħtina Alla sabiex nagħtu xhieda bil-qlubija minkejja l-oppożizzjoni. (Atti 4:29, 31) Hemm bżonn li nagħmlu sagrifiċċju persunali biex ninvestu l-ħin u r-riżorsi fil-ministeru.—Atti 20:24.
4. Għala għandna nieħdu l-ħin biex nirriflettu fuq il-mudell mill-aħjar li ħallew il-profeti taʼ Ġeħova?
4 Kull darba li taqra rakkont dwar wieħed mill-profeti taʼ Ġeħova, se tibbenefika jekk tpoġġi lilek innifsek f’dawk iċ-ċirkustanzi. Staqsi lilek innifsek: ‘Kieku jien kif kont nirreaġixxi? Kif nistaʼ nimita l-kwalitajiet tajbin tiegħu f’ħajti?’ (Ebr. 6:11, 12) Artikli fil-Ministeru tas-Saltna fil-futur se jikkunsidraw iktar lezzjonijiet taʼ valur li nistgħu nitgħallmu minn profeti leali oħrajn taʼ Ġeħova.