Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Ġunju
“Qatt ħsibt dwar għala l-Bibbja tirreferi għal Ġesù bħala l-iben t’Alla? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota x’jgħid dan.” Uri l-qoxra taʼ wara tat-Torri tal-Għassa taʼ Mejju-Ġunju, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
Nota: Din it-turija għandha ssir matul il-laqgħa għas-servizz tal-għalqa fl-1 taʼ Ġunju.
It-Torri tal-Għassa Mejju-Ġunju
“Kulħadd għandu xi problema. Dan iġiegħel lil xi wħud jaħsbu dwar l-iskop tal-ħajja. X’taħseb li hu wieħed mill-akbar ostakli għall-ferħ illum? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja twiegħed li Alla dalwaqt se jneħħi l-problemi li qed niffaċċjaw bħalissa. [Aqra Rivelazzjoni 21:4.] Din ir-rivista tiddiskuti x’inhuma l-prospetti futuri tagħna kif ukoll kif jistaʼ jkollna ħajja sinifikanti saħansitra issa.”
Stenbah! Mejju-Ġunju
“Il-vjolenza domestika hi problema mad-dinja kollha. Xi wħud jgħidu li l-fatturi li jikkontribwixxu għal dan huma l-kultura tal-individwu, it-trobbija tiegħu, u d-divertiment vjolenti. X’taħseb li hi r-raġuni prinċipali għall-vjolenza fid-dar? [Agħti ċans għal tweġiba.] Il-Bibbja turi kif għandha tkun ir-relazzjoni bejn raġel u martu. [Aqra Efesin 5:33.] Din ir-rivista tiddiskuti kif xi żwiġijiet ġew salvati għax ġew applikati l-prinċipji tal-Bibbja.”
Aħbar Tajba Mingħand Alla!
“Qed inżuru l-familji fit-triq tiegħek biex naqsmu ħsieb inkuraġġanti mill-Bibbja. Ħafna wħud li tkellimna magħhom jaħsbu dwar għala Alla taʼ mħabba jippermetti tant tbatija fuq l-art. Taħseb li t-tbatija kienet parti mill-iskop oriġinali t’Alla għall-art?” Agħti ċans għal tweġiba. Imbagħad dur għal lezzjoni 5, u aqra u ddiskuti l-ewwel żewġ paragrafi u l-iskritturi miktubin bil-korsiv. Offri l-browxer, u agħmel arranġamenti biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija b’tipa grassa li jmiss.