Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
Biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt taʼ Ġunju
“Qed nagħmlu żjajjar qosra biex niddiskutu din il-mistoqsija interessanti. [Uri l-ewwel mistoqsija fil-paġna taʼ wara tat-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Ġunju.] Inti x’taħseb?” Agħti ċans għal tweġiba. Ikkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehmu biex tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa 1 taʼ Ġunju
“It-tipjip joqtol madwar 6,000,000 ruħ kull sena. Taħseb li jistaʼ jsir xi ħaġa biex din ir-rata titnaqqas? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna nies ġew megħjunin jieqfu jpejpu jew jevitaw li jibdew ipejpu billi kkunsidraw kif Alla jħares lejn il-kwistjoni. Pereżempju, dan il-vers fil-Bibbja ġiegħel lil xi wħud jaħsbu dwar kif it-tipjip jeffettwa lil oħrajn. [Aqra l-1 Korintin 10:24.] Din ir-rivista tispjega kif persuna tistaʼ tiġi mqanqla tieqaf tpejjep jekk tikkunsidra kif Alla jqis dan.”
Stenbaħ! Ġunju
“In-netwerks soċjali għamluha possibbli biex in-nies jaħsbu li għandhom iktar ħbieb minn qatt qabel. X’taħseb li hi l-iktar kwalità importanti f’ħabib veru? [Agħti ċans għal tweġiba.] Nixtieq nurik wieħed mill-pariri prattiċi dwar il-ħbiberija li jinsabu fil-Bibbja. [Aqra Ġakbu 1:19.] Din ir-rivista tenfasizza erbaʼ prinċipji li jistgħu jgħinuna nkunu t-tip taʼ persuna li oħrajn ikunu jridu bħala ħabib.”