Iddiskuti Suġġett Wieħed, Imma Ħalli ż-Żewġ Rivisti
Kull sett rivisti minn tagħna fih varjetà taʼ suġġetti interessanti. Minflok ma tipprova tiddiskuti diversi suġġetti f’kull dar, spiss ikun aħjar li tiddiskuti wieħed biss. Jekk nosservaw x’hemm madwarna u nkunu midħla taʼ dak li fihom ir-rivisti tagħna, nistgħu nagħżlu xi ħaġa li tinteressa lill-inkwilin mir-rivisti It-Torri tal-Għassa jew Stenbaħ! Pereżempju, jekk naraw xi ġugarelli tat-tfal fid-dar jew barra d-dar, nistgħu nagħżlu li nsemmu artiklu dwar il-ħajja tal-familja. Jekk joħroġ raġel, għandna mnejn niddeċiedu li niddiskutu xi suġġett li ħafna rġiel jinteressaw ruħhom fih, bħal pereżempju gvern tajjeb. Għalkemm niddiskutu suġġett wieħed biss, ġeneralment għandna nħallu ż-żewġ rivisti mal-inkwilin jekk juri interess.