Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt t’Awwissu
“Ħaġa li għandna komuni hi li lkoll niżbaljaw. Qatt ħsibt dwar jekk Alla jistax jaħfer anke għemil tassew mill-agħar?” [Agħti ċans għal tweġiba.] Uri l-artiklu f’paġna 16 tat-Torri tal-Għassa taʼ Lulju-Awwissu, u kkunsidraw flimkien il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
Nota: Din it-turija għandha ssir matul il-laqgħa għas-servizz tal-għalqa fit-3 t’Awwissu.
It-Torri tal-Għassa Lulju-Awwissu
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek fuq dan il-kliem. [Aqra l-1 Ġwanni 4:8.] Ħafna wħud jaqblu maʼ dan il-kliem, imma oħrajn jaħsbu li Alla hu kattiv għax jikkaġuna, jew għall-inqas jippermetti, id-diżastri naturali. Int x’jidhirlek dwar dan? [Agħti ċans għal tweġiba.] Din ir-rivista tiddiskuti raġunijiet loġiċi għala m’għandniex niġġudikaw lil Alla b’mod ħażin u ngħidu li hu kattiv.”
Stenbah! Lulju-Awwissu
“Nixtiequ l-opinjoni tiegħek fuq xi ħaġa. Hu naturali li nkunu nixtiequ ħajja aħjar. Taħseb li nistgħu niksbu dan billi nixtru iktar affarijiet materjali? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota din l-istqarrija profonda taʼ Ġesù. [Aqra Luqa 12:15.] Din ir-rivista tippreżenta ħarsa bilanċjata lejn l-affarijiet materjali u toffri suġġerimenti li jgħinuna nikkontrollaw kemm nonfqu.”