“Nieħu l-Letteratura Tiegħek Jekk Int Tieħu Tiegħi”
Din hi l-proposta taʼ xi inkwilini. Peress li ma npartux l-għodod għall-istudju tagħna maʼ letteratura reliġjuża li xxerred ideat żbaljati, kif nistgħu nwieġbu bit-tattika? (Rum. 1:25) Nistgħu ngħidu: “Grazzi tal-offerta. Din il-letteratura x’tgħid dwar is-soluzzjoni tal-problemi tal-bnedmin? [Agħti ċans għal tweġiba. Jekk jistiednek taqra l-letteratura tiegħu biex issir taf it-tweġiba, tistaʼ tfakkru li int m’offrejtlux letteratura mingħajr m’għedtlu x’fiha. Imbagħad aqra jew ikkwota Mattew 6:9, 10.] Ġesù indika li s-Saltna t’Alla kienet se twettaq ir-rieda t’Alla hawnhekk fuq l-art. Għalhekk, l-unika letteratura reliġjuża li naqra hi dik li tenfasizza s-Saltna t’Alla. Nistaʼ nurik mill-Bibbja xi affarijiet speċifiċi li s-Saltna t’Alla se twettaq?”