Eżempji taʼ Preżentazzjonijiet
Biex Tibda Studji tal-Bibbja fl-Ewwel Sibt taʼ Frar
“In-nies li nkellmu għandhom opinjonijiet differenti dwar il-Bibbja. Xi wħud jemmnu li hi l-Kelma t’Alla, filwaqt li oħrajn iqisuha bħala ktieb ordinarju. Int kif tħossok dwar il-Bibbja?” Agħti ċans għal tweġiba. Uri l-aħħar paġna tat-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Frar, u flimkien ikkunsidraw il-materjal taħt l-ewwel mistoqsija u minn tal-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti, u ftiehem biex tmur lura ħalli tiddiskutu l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa 1 taʼ Frar
“Il-biċċa l-kbira min-nies jixtiequ jaraw tmiem għall-gwerer. Taħseb li l-paċi dinjija hi mira realistika? [Agħti ċans għal tweġiba.] Innota xi twiegħed il-Bibbja. [Aqra Salm 46:9.] Taʼ interess, ġrajjiet li seħħew matul u wara l-Ewwel Gwerra Dinjija jaċċertawna li Alla dalwaqt se jwettaq din il-profezija u jtemm il-gwerer għal dejjem. Din ir-rivista tispjega iktar.”
Stenbaħ! Frar
“Qed inżuru lin-nies biex niddiskutu problema komuni. Donnu li qatt ma jkollna biżżejjed ħin biex inlaħħqu maʼ kollox. Taħseb li l-iskedi tagħna huma mimlijin għax għandna wisq x’nagħmlu jew għax naħlu ħafna mill-ħin tagħna? [Agħti ċans għal tweġiba.] Ħafna ma jafux li l-Bibbja tagħti pariri prattiċi biex jgħinuna nimmaniġġaw il-ħin sew. Dan hu eżempju minnhom. [Aqra Filippin 1:10a.] Din ir-rivista tenfasizza erbaʼ passi li għenu lil bosta nies biex jużaw il-ħin tagħhom b’mod iktar għaqli.”