Eżempji taʼ preżentazzjonijiet
Biex tibda studji tal-Bibbja fl-ewwel Sibt taʼ Mejju
“Qed nagħmlu żjajjar qosra biex niddiskutu din il-mistoqsija interessanti. [Uri l-ewwel mistoqsija fuq l-aħħar paġna tat-Torri tal-Għassa tal-1 taʼ Mejju.] X’inhi l-opinjoni tiegħek?” Ħalli ħin għal tweġiba. Ikkunsidraw flimkien il-materjal taħt il-mistoqsija u mill-inqas waħda mill-iskritturi ċitati. Offri r-rivisti u agħmel arranġamenti biex tiddiskuti l-mistoqsija li jmiss.
It-Torri tal-Għassa 1 taʼ Mejju
“Qed nagħmlu żjajjar qosra għax ħafna nies huma interessati f’dak li hemm fil-futur. Kif tħossok meta taħseb dwar il-futur? Tkun fiduċjuż jew imħasseb? [Ħalli ħin għal tweġiba. Imbagħad aqra waħda mill-iskritturi mill-kaxxa “Xi rrivela Alla dwar il-futur.”] Din ir-rivista turi xi ftit mill-affarijiet li Alla jgħid li se jiġru u tispjega għala nistgħu nkunu ċerti li se jseħħu.”
Stenbaħ! Mejju
“Qed nagħmlu żjajjar qosra biex ngħinu lin-nies jaraw kif jistgħu jkampaw bl-istress. Jidhirlek li n-nies huma iżjed stressati llum milli kienu fil-passat? [Ħalli ħin għal tweġiba.] Ħafna sabu li l-pariri prattiċi tal-Bibbja jgħinuhom ikampaw bl-istress. Ħa nurik eżempju. [Aqra Mattew 6:34.] Din ir-rivista tispjega kif prinċipji tal-Bibbja jistgħu jgħinuna nagħrfu erbaʼ sorsi komuni tal-istress.”
Nota: Din il-ħarġa tistaʼ tinteressa speċjalment lin-negozjanti.