Intejbu s-sengħa tagħna fil-ministeru—Inkunu t’għajnuna għal xulxin
Għala hu importanti: Ġesù għaraf il-valur taʼ li nippritkaw maʼ xi ħadd ieħor. Għaldaqstant, meta bagħat lil 70 mid-dixxipli tiegħu qablu biex jippritkaw, hu bagħathom tnejn tnejn. (Lq. 10:1) Pubblikatur jistaʼ jipprovdi s-sapport meħtieġ jekk l-ewwel wieħed jiltaqaʼ maʼ sitwazzjoni diffiċli jew jekk ma jkunx ċert kif għandu jwieġeb lill-inkwilin. (Ekk. 4:9, 10) Jistaʼ jaqsam mill-esperjenza li għandu u kultant joffri suġġeriment lil dak li qed jaħdem miegħu biex isir evanġelizzatur iktar effettiv. (Prov. 27:17) Jistaʼ wkoll ikun taʼ inkuraġġiment b’diskors li jibni bejn bieb u ieħor.—Flp. 4:8.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Wara li tkun ħdimt fil-ministeru maʼ xi ħadd ieħor, għidlu xi jkun qal jew għamel li bih kien t’għajnuna għalik.