LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 6/14 pp. 2-4
  • Ftakar f’dawk li jgħixu fid-djar tal-anzjani

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ftakar f’dawk li jgħixu fid-djar tal-anzjani
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Materjal Simili
  • Iżolati Iżda Mhux Minsijin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Kaxxa Għall-mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Jinħtieġu—Iktar Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Kif Tibbenefika mill-Grupp Tiegħek tas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2014
km 6/14 pp. 2-4

Ftakar f’dawk li jgħixu fid-djar tal-anzjani

1. Għala hemm bżonn li nwasslu l-​aħbar tajba lil dawk fid-​djar tal-​anzjani?

1 Ħafna nies qed iħabbtu wiċċhom mal-​effetti koroh tax-​xjuħija. (Ekk. 12:1-​7) Xi nies t’età avvanzata qed jgħixu fid-​djar tal-​anzjani, u għalhekk mhux dejjem ikun possibbli li nsibuhom permezz tal-​ippritkar minn dar għal dar. Dan ukoll jiġri f’pajjiżi fejn il-​ġenituri li qed jixjieħu s-​soltu jmorru joqogħdu maʼ wliedhom jew qraba oħra. Minkejja li forsi għandhom limitazzjonijiet fiżiċi u mentali, l-​anzjani u oħrajn li jgħixu fid-​djar tal-​anzjani, xorta jistgħu jitgħallmu dwar Ġeħova u jsiru jħobbuh. Kif nistgħu nirsistu biex inwasslulhom l-​aħbar tajba tat-​“tama hienja”?—Titu 2:13.

2. Kif tistaʼ tagħmel lista taʼ djar tal-​anzjani?

2 Kif tibda: Ġeneralment, tistaʼ tagħmel lista taʼ djar tal-​anzjani billi tfittex f’direttorju tat-​telefown. Tistaʼ tiċċekkja taħt kategoriji bħal dawn li ġejjin: “medical and health services,” “nursing services,” u “rest homes.” L-​indokratur tas-​servizz għandu jieħu ħsieb li jinkariga pubblikaturi kwalifikati biex iżuru kull faċilità. Jekk tippjana tajjeb u tistrieħ fuq Ġeħova, spiss ikun possibbli li tibda studju tal-​Bibbja bħala grupp.—Prov. 21:5; 1 Ġw. 5:14, 15.

3, 4. (a) Lil min irridu nkellmu biex nintroduċu studju tal-​Bibbja bħala grupp? (b) Kif nistgħu niddeskrivu fuq fuq kif isir studju tal-​Bibbja?

3 Il-​mod taʼ kif jiġi introdott l-​istudju jiddependi mit-​tip taʼ faċilità. F’faċilitajiet kbar fejn hemm ħafna residenti u ħaddiema, ikun aħjar li tkellem lir-​receptionist u tistaqsi għad-​direttur tal-​attivitajiet (il-​persuna li tieħu ħsieb l-​attivitajiet tar-​residenti). Fi djar tal-​anzjani iżgħar—djar bi ftit residenti u bi tliet persuni jew inqas li jieħdu ħsiebhom—forsi jkun aħjar li tagħmel appuntament biex tkellem direttament lil sid id-​dar.

4 F’kull sitwazzjoni, spjega li int qed tagħmel xogħol volontarju biex tinkuraġġixxi individwi li jieħdu pjaċir jaqraw u jiddiskutu rakkonti mill-​Bibbja. Staqsi jekk hemmx xi residenti li jixtiequ jieħdu sehem f’diskussjonijiet tal-​Bibbja bħala grupp għal madwar 30 minuta fil-​ġimgħa. Jistgħu jintużaw diversi pubblikazzjonijiet, imma ħafna pubblikaturi sabu li Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja u L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex jintlaqgħu tajjeb. Forsi tistaʼ turi l-​pubblikazzjonijiet lid-​direttur u tistaʼ tiftiehem miegħu l-​ġurnata, il-​ħin, u l-​post. Wara, normalment issir nota taʼ dawn id-​dettalji għar-​residenti. Tibżax tgħid li int Xhud taʼ Ġeħova. Fl-​istess ħin, għin lid-​direttur biex jifhem li int mhux se tagħmel xi laqgħa reliġjuża, imma trid tħeġġeġ it-​tagħlim tal-​Bibbja.

5. Liema suġġerimenti prattiċi jistgħu jagħmlu l-​istudju pjaċevoli u taʼ benefiċċju?

5 Kif tikkonduċi studju tal-​Bibbja: Il-​mod taʼ kif tikkonduċi l-​istudju jiddependi miċ-​ċirkustanzi u l-​ambjent tal-​faċilità. Għalhekk, kun flessibbli, u uża l-​għaqal. Il-​pubblikatur li jikkonduċi l-​istudju għandu jġib diversi kopji tal-​pubblikazzjoni li tkun qed tiġi studjata u għandu jerġaʼ jiġborhom fl-​aħħar tal-​istudju. Jistaʼ jkun hemm bżonn li jagħmel xi kopji tal-​materjal b’kitba akbar għal xi wħud. Jistaʼ jinqara l-​paragrafu, imbagħad ikun hemm diskussjoni b’mistoqsijiet u tweġibiet kif nagħmlu s-​soltu. Dawk li jixtiequ, u li huma kapaċi, jistgħu jiġu mqabbdin jaqraw il-​paragrafi jew xi versi mill-​Bibbja. Matul l-​istudju, involvi lir-​residenti fil-​konversazzjoni, u kun pożittiv u dħuli. Bil-​permess tad-​direttur, kultant tistaʼ turi xi vidjow tal-​organizzazzjoni li jsaħħaħ il-​fidi fil-​Bibbja jew jenfasizza xi lezzjoni minn xi rakkont tal-​Bibbja. Jistaʼ jkun possibbli li tiftaħ u tagħlaq l-​istudju permezz taʼ talba qasira. Xi pubblikaturi inkludew ukoll l-​għanjiet tas-​Saltna.

6. X’tistaʼ tagħmel f’każ li xi ħadd joġġezzjona?

6 X’jiġri jekk resident joġġezzjona dwar xi ħaġa li nqrat jew li ssemmiet fl-​istudju? Uża l-​għaqal meta twieġeb. (Kol. 4:6) Forsi tistaʼ turi xi vers mill-​Bibbja li jwieġeb b’mod ċar il-​kwistjoni. Jekk ma tistax tagħmel dan, imbagħad ikun aħjar li tirringrazzjah tal-​kumment u toffrilu li tiddiskuti l-​kwistjoni miegħu wara l-​istudju.

7. X’tistaʼ tagħmel jekk resident ikollu mistoqsija persunali jew juri iktar interess?

7 Xi kultant, resident jistaʼ jistaqsi mistoqsija jew juri li jixtieq jitgħallem iktar. F’każ bħal dan, oħt tgħid xi ħaġa hekk: “Mistoqsija tajba! Imma biex ma ntellfux lill-​oħrajn, ejja nistennew sal-​aħħar tal-​istudju, imbagħad nistgħu niddiskutu l-​mistoqsija tiegħek flimkien.” Spiss, ikun possibbli li tiftiehem biex tikkonduċi studju tal-​Bibbja mal-​uħud interessati f’ħin ieħor u mhux mal-​oħrajn.

8. Kif għandhom jitniżżlu l-​istudji bħala grupp u kwalunkwe studju tal-​Bibbja maʼ residenti individwali li jistaʼ jkun hemm?

8 Spiss, ikun aħjar li l-​istess aħwa jikkonduċu l-​istudju bħala grupp fil-​faċilità kull darba li jsir. Kull pubblikatur li jipparteċipa jistaʼ jgħodd il-​ħin. Ladarba jkun inbeda l-​istudju, il-​pubblikatur li qed jikkonduċi l-​istudju jistaʼ jniżżel żjara lura kull darba li jsir l-​istudju u studju tal-​Bibbja kull xahar. Studji tal-​Bibbja li jinbdew maʼ residenti individwali li huma kapaċi jifhmu u jitgħallmu, jistgħu jingħaddu bħas-​soltu.

9, 10. Xi kwalitajiet hemm bżonn mill-​uħud involuti f’dan ix-​xogħol? Spjega.

9 Kif iżżomm l-​istudju regulari: Ikun aħjar li l-​istudju bħala grupp isir dejjem fl-​istess ġurnata u fl-​istess ħin. Ir-​residenti u l-​ħaddiema se jistennew li dan isir b’mod regulari u li jibda u jispiċċa fil-​ħin. (Mt. 5:37) Għalhekk, hemm bżonn li tkun responsabbli, ħabrieki, u organizzat. L-​esperjenza wriet li jkun aħjar jekk żewġ pubblikaturi kwalifikati jaħdmu flimkien biex jikkonduċu l-​istudju bħala grupp. (Ekk. 4:9, 10) F’faċilitajiet akbar, jistaʼ jkun hemm bżonn taʼ iktar pubblikaturi.

10 Hu importanti wkoll li wieħed ikun dħuli u juri interess persunali. (Flp. 2:4) Fl-​ewwel żjara, ħu l-​ħin biex tiltaqaʼ maʼ kull resident li jattendi, ħu nota t’isimhom, u agħmel l-​almu tiegħek biex saż-​żjara li jmiss tiftakar l-​isem taʼ kulħadd. Madanakollu, xi nies avvanzati fl-​età jħossuhom offiżi jekk xi ħadd li ma jafux jindirizzahom b’isimhom. Jekk nuru l-​paċenzja u l-​mogħdrija, kulħadd se jħossu milqugħ u aċċettat.

11. L-​aħwa li jikkonduċu l-​istudju, kif jistgħu juru rispett lejn il-​ħaddiema u l-​membri tal-​familja tar-​residenti?

11 Ukoll, ikun neċessarju li turi rispett u qalb tajba lejn il-​ħaddiema u l-​membri tal-​familja tar-​residenti. Ladarba l-​istudju jibda jsir b’mod regulari, ikun għaqli li ma tbiddilx il-​ħin jew il-​mod taʼ kif dan qed isir mingħajr ma l-​ewwel tiddiskuti dan mad-​direttur. Minn żmien għal żmien, staqsi lid-​direttur kif sejjer l-​istudju. Meta membri tal-​familja jżuru lir-​residenti waqt l-​istudju, ħu l-​inizjattiva biex tiltaqaʼ magħhom. Spjegalhom l-​iskop tal-​istudju tal-​Bibbja. Assigurahom fl-​interess sinċier tiegħek lejn il-​membru tal-​familja tagħhom, u stidinhom biex, jekk iridu, joqogħdu għall-​istudju.

12, 13. Semmi xi esperjenzi li juru l-​benefiċċji li jġib miegħu l-​ippritkar fid-​djar tal-​anzjani.

12 Riżultati: Indokraturi li jivvjaġġaw u kongregazzjonijiet qalu li ħarġu riżultati tajbin minn dan it-​tip taʼ servizz. F’każ wieħed, madwar 20 resident attendew l-​ewwel diskussjoni. Dan wassal għal sitt studji tal-​Bibbja individwali. Eventwalment, waħda mir-​residenti tgħammdet. Studju f’dar tal-​anzjani oħra qanqal anzjana taʼ 85 sena biex tibda tattendi l-​laqgħat u din uriet ix-​xewqa li titgħammed. Meta faċilità minnhom iddeċidiet li tagħmel xi bidliet—fosthom li twaqqaf l-​istudju tal-​Bibbja bħala grupp—ir-​residenti lmentaw mad-​direttur! Maż-​żmien, l-​istudju reġaʼ nbeda, u attendew minn 25 sa 30 ruħ.

13 L-​imħabba li nuru maʼ dawk li jgħixu fid-​djar tal-​anzjani, ma tħallix impatt qawwi biss mar-​residenti. Pereżempju, hu komuni li l-​ħaddiema joqogħdu għall-​istudju u saħansitra jipparteċipaw. L-​isforz li nagħmlu biex nuru interess persunali lejn l-​anzjani, jagħti wkoll xhieda tajba lill-​komunità. (1 Pt. 2:12) Wara li ntqallu x’kien l-​iskop tal-​istudju, wieħed li jieħu ħsieb il-​faċilità qal: “Għala domtu daqshekk? Meta tistgħu tibdew?” Direttur ieħor kiteb: “Minn qalbi nissuġġerixxi dan l-​istudju bħala grupp biex isir f’kull dar tal-​anzjani fl-​inħawi. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jipprovdu dan is-​servizz volontarju bħala parti mix-​xogħol li jagħmlu fil-​komunità.” Dar tal-​anzjani fil-​Ħawajj tat ċertifikat lix-​Xhieda taʼ Ġeħova għax-​xogħol volontarju tajjeb li jagħmlu. Dan iċ-​ċertifikat iddeskriva lill-​volontieri bħala li huma “teżor imprezzabbli” għal dawk fil-​faċilità.

14. Għala għandna nirsistu biex ngħinu lil dawk fid-​djar tal-​anzjani?

14 In-​nies t’età avvanzata huma mistidnin minn Ġeħova biex ifaħħruh. (Salm 148:12, 13) Din l-​istedina tinkludi lil dawk fid-​djar tal-​anzjani. Fit-​territorju tiegħek, hemm djar tal-​anzjani fejn ir-​residenti jistgħu jibbenefikaw meta jisimgħu l-​aħbar tajba? Bl-​għajnuna tal-​anzjani tal-​kongregazzjoni u tad-​diretturi tal-​attivitajiet, forsi nistgħu nagħtu xhieda tajba lil dawk fid-​djar tal-​anzjani. Meta niftakru f’dawk avvanzati fl-​età, aħna nimitaw lil Ġeħova.—Salm 71:9, 18.

Diskussjoni bħala grupp f’dar tal-anzjani

  • Avża lir-​receptionist u lid-​direttur tal-​attivitajiet meta tasal għall-​istudju.

  • Ġib biżżejjed kopji tal-​pubblikazzjoni li se tiġi studjata għall-​grupp kollu. Ġorr il-​pubblikazzjonijiet f’basket pulit, u iġborhom lura wara l-​istudju.

  • Kun rilassat, dħuli, u kompli magħhom. Sejħilhom b’isimhom.

  • Aqra u ddiskuti l-​paragrafi wieħed wieħed.

  • Uża mistoqsijiet qosra. Faħħar lil kulħadd mill-​qalb għall-​kummenti tiegħu.

  • Jekk xi ħadd iqajjem xi oġġezzjoni, għidlu li int lest li tiddiskutiha miegħu wara, ħalli ma ttellifx lill-​oħrajn.

  • Wieġeb il-​mistoqsijiet tal-​ħaddiema u tal-​membri tal-​familja b’mod sempliċi u dirett.

  • Ħu vantaġġ minn kwalunkwe opportunità biex tibda studji tal-​Bibbja individwali mar-​residenti, il-​qraba tagħhom, u l-​ħaddiema.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja