LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/08 p. 6
  • Kaxxa Għall-mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa Għall-mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Ftakar f’dawk li jgħixu fid-djar tal-anzjani
    Il-Ministeru tas-Saltna—2014
  • Iżolati Iżda Mhux Minsijin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 4/08 p. 6

Kaxxa Għall-​mistoqsija

◼ Huwa xieraq li Xhud taʼ Ġeħova jingħata kura fi sptar jew f’dar taʼ l-​anzjani mmexxija minn organizzazzjoni reliġjuża?

Diversi organizzazzjonijiet reliġjużi jmexxu sptarijiet jew djar taʼ l-​anzjani li jipprovdu kura medika għal ftit żmien jew għal dawk li jkollhom mard fit-​tul. Ġeneralment, dawn il-​faċilitajiet m’humiex stabbiliti biex jappoġġaw l-​interessi taʼ Babilonja l-​Kbira. (Riv. 18:2, 4) Jistaʼ jkun li fil-​bidu ġew stabbiliti minn organizzazzjoni reliġjuża bħala sors taʼ dħul. Illum, xi sptarijiet għandhom biss isem reliġjuż, filwaqt li oħrajn għad għandhom xi membri tal-​kleru jaħdmu fihom.

Jekk Xhud taʼ Ġeħova jeħtieġ kura fi sptar jew dar taʼ l-​anzjani għandu jieħu deċiżjoni hu stess dwar jekk għandux imur ġo faċilità li tistaʼ tkun konnessa m’organizzazzjoni reliġjuża. Forsi l-​kuxjenza tiegħu tippermettilu jagħmel dan, imma taʼ ħaddieħor forsi ma tħallihx. (1 Tim. 1:5) Hemm xi ċirkustanzi li jistgħu jeffettwaw id-​deċiżjoni tiegħu, u jkun tajjeb li nikkunsidrawhom.

Per eżempju, jistaʼ jkun li l-​uniku sptar jew dar taʼ l-​anzjani fil-​qrib tkun dik li għandha isem reliġjuż. Jew jekk ikun hemm faċilità oħra fil-​qrib li m’għandhiex konnessjonijiet reliġjużi, il-​waħda li forsi għandha jkollha reputazzjoni għal servizz aħjar. Dan l-​isptar b’isem reliġjuż jistaʼ jkun l-​uniku wieħed mgħammar biex jipprovdi l-​kura partikulari meħtieġa, jew jistaʼ jkun l-​uniku sptar fejn it-​tabib jew il-​kirurgu tiegħek jistaʼ jaħdem. Ukoll, kultant sptarijiet b’konnessjonijiet reliġjużi jistgħu jirrispettaw il-​ħarsa tiegħek bħala Kristjan dwar l-​użu tad-​demm, waqt li xi sptarijiet oħrajn privati jew tal-​gvern jistgħu ma jirrispettawhiex. Għalhekk, dawn huma xi fatturi li forsi jkollok tikkunsidra meta tkun qed tiddeċiedi liema faċilità se tuża.

Jekk tiddeċiedi li tuża sptar jew dar taʼ l-​anzjani b’konnessjonijiet reliġjużi, dan tistaʼ tqisu bħala sempliċi ħlas għas-​servizzi li jingħatawlek. Tistaʼ tqisu bħallikieku l-​organizzazzjoni reliġjuża kienet qed tmexxi ċertu negozju, u billi tieħu servizz minn negozju bħal dan ma tkunx qed tikkontribwixxi direttament u volontarjament biex tappoġġa xi reliġjon falza. Tkun biss qed tħallas għal prodott jew servizz.

M’għandniex xi ngħidu, bħala Kristjan, f’dawn iċ-​ċirkustanzi trid tkun ċert li ma tiħux sehem f’xi atti taʼ qima falza. Ukoll, m’intix se tuża t-​titli reliġjużi tas-​soltu, bħal “Father” jew “Sister,” biex tindirizza lil xi individwi li jaħdmu fil-​faċilità jew li jkunu qed iżuruha. (Mt. 23:9) Trid taċċerta ruħek li l-​kwistjoni tkun biss arranġament taʼ negozju li fih qed tirċievi kura u servizz, u xejn iżjed.

Meta tkun dieħel l-​isptar, tistaʼ tindika li int Xhud taʼ Ġeħova u li tixtieq li jżuruk l-​anzjani lokali. Dan se jassigura li jkollok l-​appoġġ spiritwali li għandek bżonn kemm iddum l-​isptar.—1 Tess. 5:14.

Membri tal-​familja taʼ l-​istess twemmin, anzjani lokali, u oħrajn fil-​kongregazzjoni għandhom jieħdu ħsieb b’mod responsabbli l-​ħtiġijiet spiritwali taʼ l-​aħwa mdaħħlin fiż-​żmien li jgħixu fi djar taʼ l-​anzjani, b’mod partikulari meta dawn ikunu mmexxijin minn xi organizzazzjoni reliġjuża. Jekk nirsistu f’dan ir-​rigward se nkunu taʼ inkuraġġiment kbir għal dawn l-​anzjani u ma nippermettux li bi żball jieħdu sehem f’servizzi reliġjużi, ċelebrazzjonijiet, jew attivitajiet simili oħrajn li jsiru f’dawn il-​faċilitajiet.

B’dawn il-​punti f’moħħu, kull wieħed għandu jikkunsidra ċ-​ċirkustanzi kollha involuti u mbagħad jieħu d-​deċiżjoni tiegħu stess dwar liema sptar jew dar taʼ l-​anzjani se juża.—Gal. 6:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja