Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Niżviluppaw rotta bir-rivisti
Għala hu importanti: Ħafna nies li jieħdu pjaċir jaqraw ir-rivisti tagħna ma jixtiqux jistudjaw il-Bibbja magħna. Forsi jħossuhom kuntenti bir-reliġjon tagħhom, jew iħossu li m’għandhomx ħin biex jistudjaw. Però, hekk kif jaqraw b’mod regulari r-rivisti tagħna, għandhom mnejn jifformaw xenqa għall-Kelma t’Alla. (1 Pt. 2:2) Artiklu partikulari jistaʼ jilħqilhom qalbhom, jew jistaʼ jkun li jinbidlulhom iċ-ċirkustanzi. Żjajjar regulari u qosra se jagħmluhom iktar komdi magħna u jgħinuna nitgħallmu x’jinteressahom u x’jinkwetahom. Maż-żmien, jistaʼ jinbeda studju.
Ipprova dan matul ix-xahar:
Agħmel lista taʼ dawk li jistgħu jkunu fir-rotta bir-rivisti. Offrilhom il-ħarġiet reċenti tar-rivisti, u għidilhom li se ġġibilhom il-ħarġiet li jmiss.