Stedina diretta
1. Il-kampanja bl-invit għall-konvenzjoni meta se tibda?
1 Jekk tkun qed tippjana ikla speċjali għall-familja jew il-ħbieb, ikla li tinvolvi ħafna xogħol u spejjeż biex issir, probabbilment tkun entużjast meta tiġi biex tistidinhom. B’mod simili, sar ħafna xogħol biex titħejja l-festa spiritwali li se ssir fil-konvenzjoni speċjali li ġejja. Minn tliet ġimgħat qabel tibda l-konvenzjoni tagħna, Ġeħova qed jagħtina l-privileġġ li nistiednu oħrajn biex jattendu. X’se jgħinna biex nistiednu nies b’entużjażmu?
2. X’se jqanqalna biex ikollna sehem sħiħ fil-kampanja?
2 Aħna se nkunu mqanqlin biex ikollna sehem sħiħ fil-kampanja jekk nirriflettu b’apprezzament dwar kemm nibbenefikaw personalment mill-istruzzjonijiet taʼ ġid li Ġeħova jipprovdi fil-konvenzjonijiet tagħna. (Is. 65:13, 14) Apparti minn hekk, għandna niftakru li l-kampanja annwali tagħna tħalli l-frott. (Ara l-kaxxa “Twassal għal riżultati tajbin.”) Xi nies li nistiednu se jattendu l-konvenzjoni magħna, mentri oħrajn mhux se jattendu. Madankollu, iwieġbu kif iwieġbu, l-isforzi ħabrieka tagħna matul il-kampanja se jfaħħru lil Ġeħova u jirriflettu l-ġenerożità tiegħu.—Salm 145:3, 7; Riv. 22:17.
3. L-inviti kif se jiġu mqassmin?
3 Kull ġemgħa tal-anzjani għandha tiddeċiedi kif għandhom jiġu mqassmin l-inviti lil kemm jistaʼ jkun nies, anki rigward jekk hux se jitħallew fejn ma nsibu lil ħadd id-dar jew jekk hux se noffruhom waqt l-ippritkar f’postijiet pubbliċi fit-territorju tal-kongregazzjoni. Fit-tmiem taʼ kull ġimgħa, ir-rivisti għandhom jiġu ppreżentati flimkien mal-invit meta jkun adattat. Wara li tispiċċa l-kampanja, min jaf kemm se nkunu ferħanin li pparteċipajna b’entużjażmu u li ħafna u ħafna nies attendew magħna għall-ikla spiritwali li Ġeħova pprovdielna!