LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/15 p. 2
  • Kif tuża r-rekordings bl-awdjo?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tuża r-rekordings bl-awdjo?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Materjal Simili
  • Qed Tismaʼ l-Bibbja bl-Awdjo?
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Punti Biex Jgħinuk Taqra l-Bibbja Kuljum
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Ġieli ħsibt dwar dan?
    Stenbaħ!—2019
  • Il-Websajt Uffiċjali Tagħna—Użaha Biex Tgħin lil Xi Ħadd li Jitkellem b’Lingwa Differenti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2015
km 11/15 p. 2

Kif tuża r-​rekordings bl-​awdjo?

1. Minbarra l-​pubblikazzjonijiet bil-​miktub, liema provvediment ieħor għandna li nibbenefikaw minnu?

1 Ħafna nies iħobbu jużaw jw.org biex jaqraw kliem pjaċevoli u korrett tal-​verità. (Ekk. 12:10) Madanakollu, qed tuża r-​rekordings bl-​awdjo? Dawn jagħmluhielek possibbli li tismaʼ ftit mill-​informazzjoni li għandna fuq il-​Websajt tagħna. Kif nistgħu nibbenefikaw mir-​rekordings bl-​awdjo?

2. Kif nistgħu nużaw ir-​rekordings bl-​awdjo għall-​istudju personali tagħna jew tal-​familja?

2 Għall-​istudju personali tagħna jew tal-​familja: Jekk nisimgħu ir-​rekordings bl-​awdjo tal-​qari drammatiku mill-​Bibbja, browxers, jew xi pubblikazzjoni oħra waqt li nkunu qed nivvjaġġaw jew waqt li nkunu qed nieħdu sehem fl-​attivitajiet taʼ kuljum, dan jistaʼ jgħinna nużaw il-​ħin bl-​aħjar mod. (Efes. 5:15, 16) Ukoll, jistaʼ jkollna iktar varjetà fil-​qima bħala familja jekk nisimgħu l-​qari taʼ materjal waqt li nsegwu mill-​kopja tagħna tal-​pubblikazzjoni. Jekk inkunu rridu ntejbu l-​qari tagħna jew jekk qed nitgħallmu lingwa, il-​fatt li nużaw ir-​rekordings bl-​awdjo matul l-​istudju persunali se jkun speċjalment t’għajnuna.

3. Fit-​territorju tagħna min jistaʼ jibbenefika mir-​rekordings bl-​awdjo?

3 Fil-​ministeru: In-​nies fit-​territorju tagħna li jħossu li għandhom wisq x’jagħmlu biex joqogħdu jaqraw jafu jkunu lesti li jisimgħu r-​rekordings bl-​awdjo. Jew forsi niltaqgħu maʼ wħud li jitkellmu lingwa oħra u li x’aktarx iktar se jkunu lesti li jaċċettaw il-​messaġġ tas-​Saltna jekk jisimgħuh ‘bil-​lingwa tagħhom stess.’ (Atti 2:6-​8) F’xi nħawi, li tismaʼ hu parti importanti mill-​kultura. Pereżempju fil-​kultura Hmong, it-​tradizzjoni hi li n-​nies jgħidu l-​istorja tal-​kultura tagħhom lill-​ġenerazzjonijiet taʼ warajhom, u dawn jiftakru ħafna minn dak li jisimgħu. Ħafna kulturi Afrikani jħobbu jitgħallmu permezz tal-​irrakkontar.

4. Liema mistoqsijiet nistgħu nsaqsu lilna nfusna dwar li ngħinu lin-​nies fit-​territorju tagħna?

4 Fit-​territorju tiegħek, taħseb li jkun taʼ ġid jekk issemmaʼ silta minn rekording bl-​awdjo bil-​lingwa tal-​inkwilin? Jistaʼ xi ħadd jibbenefika jekk tibgħatlu pubblikazzjoni bl-​awdjo permezz tal-​e-​mail? Nistgħu aħna nniżżlu pubblikazzjoni bl-​awdjo fuq CD u nagħtuha lil inkwilin interessat, forsi flimkien mal-​verżjoni stampata? Kull ktieb, browxer, rivista, jew fuljett elettroniku sħiħ li nħallu maʼ xi ħadd fil-​ministeru jistaʼ jingħadd fir-​rapport tagħna. Ir-​rekordings bl-​awdjo huma mħejjijin biex nużawhom fl-​istudju persunali u wkoll biex niżirgħu ż-​żerriegħa tal-​verità tas-​Saltna.—1 Kor. 3:6.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja