GĦIX BĦALA KRISTJAN
Kif tagħmel kummenti tajbin
Kummenti tajbin isaħħu lill-kongregazzjoni. (Rum 14:19) Anki min jagħmilhom jibbenefika. (Pr 15:23, 28) Għalhekk, għandna minn tal-inqas nipprovaw nikkummentaw imqar darba f’kull laqgħa. Naturalment, mhux se jqabbduna biex inwieġbu kull darba li ngħollu idna. Għalhekk, ikun aħjar jekk nippreparaw iktar minn kumment wieħed.
Kumment tajjeb . . .
ikun sempliċi, ċar, u qasir. F’ħafna każi, jista’ jingħata fi 30 sekonda jew inqas
l-aħjar jingħad fi kliemek stess
ma jkunx ripetizzjoni bla bżonn ta’ kumment li jkun diġà ntqal
Jekk iqabbdu lilek l-ewwel biex tikkummenta, . . .
wieġeb b’mod sempliċi u dirett għall-mistoqsija
Jekk il-mistoqsija tkun diġà mwieġba, int tista’ . . .
turi kif skrittura ċitata tapplika mal-punt li nkunu qed nikkunsidraw
ssemmi kif il-materjal jista’ jeffettwa ħajjitna
tispjega kif tista’ tiġi użata l-informazzjoni
ssemmi fil-qosor esperjenza li tenfasizza punt prinċipali