LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/98 p. 1
  • Ibnu lil Xulxin Billi Tikkummentaw fil-Laqgħat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibnu lil Xulxin Billi Tikkummentaw fil-Laqgħat
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Faħħar lil Ġeħova fil-kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2019
  • Ninkuraġġixxu lil Xulxin fil-Laqgħat
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Faħħar lil Jehovah “f’Nofs il-Kongregazzjoni”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Tieħu Sehem f’li Tagħmel il-Laqgħat Kristjani Inkuraġġanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 11/98 p. 1

Ibnu lil Xulxin Billi Tikkummentaw fil-​Laqgħat

1 F’Lhud 10:24 aħna niġu mħeġġin biex “[i]nħajjru lil xulxin għall-​imħabba u għall-​għemil tajjeb.” Dan jinkludi li nibnu wieħed lill-​ieħor billi nagħmlu kummenti sinjifikanti fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Għala għandna nikkummentaw? Kif nistgħu nagħmluh dan? Min se jibbenefika?

2 Aħseb fuq kemm tibbenefika kulmeta tismaʼ lil oħrajn jagħm­lu kummenti sempliċi u ċari, u li jtejbu l-​fehma tiegħek u jsaħħulek l-​ispiritwalità. Int għandek il-​privileġġ li tagħmel l-​istess ħaġa għalihom. Meta tipparteċipa, tkun qed turi x-​xewqa tiegħek li ‘taqsam xi don spiritwali’ sabiex jiġi inkuraġġit kulmin hu preżenti.​—Rum. 1:​11, 12.

3 Kif Tagħmel Kummenti Tajbin: Tagħmilx kummenti twal, billi tkopri kull ħsieb li fih il-​paragrafu. Il-​kummenti twal taʼ spiss jonqsu li jolqtu l-​musmar fuq rasu u jistgħu jiskuraġġixxu lil oħrajn milli jieħdu sehem. L-​ewwel kumment fuq il-​paragrafu għandu jkun tweġiba qasira u diretta għall-​mistoqsija stampata. Imbagħad dawk li jgħaddu xi kummenti oħrajn jistgħu jitkellmu fuq il-​materjal fil-​prattika jew juru kif japp­likaw l-​iskritturi. Ara l-​iSchool Guidebook, paġni 90-2.

4 Jekk il-​ħsieb li tikkummenta jbeżżgħek xi ftit, ħejji minn qabel xi kumment qasir, u itlob lil min jikkonduċi biex jistaqsi lilek għal dak il-​paragrafu. Wara li tkun għamilt dan għal xi ftit laqgħat, se ssibu iktar faċli li tipparteċipa. Ftakar li Mosè u Ġeremija esprimew nuqqas taʼ fiduċja fl-​abbiltà tagħhom li jitkellmu fil-​pubbliku. (Eż. 4:10; Ġer. 1:6, ntt.) Imma Jehovah għenhom biex jitkellmu f’ismu, u lilek se jgħinek ukoll.

5 Min Se Jibbenefika mill-​Kummenti Tiegħek? Int stess tibbenefika għax bil-​kummenti tiegħek il-​verità se tidħol iktar fil-​fond ġewwa moħħok u qalbek, u jkun iktar faċli għalik li tiftakar dik l-​informazzjoni iktar ’il quddiem. Ukoll, ħadd­ieħor jibbenefika meta jismaʼ l-​espressjonijiet edifikanti tiegħek. Aħna niġu inkuraġġiti meta kulħadd, kemm jekk taʼ l-​esperjenza, u kemm jekk żgħir, mistħi, jew ġdid, jagħmel l-​isforz biex jesprimi l-​fidi tiegħu fil-​laqgħat tal-​kongregazz­joni.

6 Żgur li se nsibu li ‘l-​kliem f’waqtu hu sabiħ’ meta jintuża biex nibnu lil xulxin fil-​laqgħat!​—Prov. 15:23.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja