LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb16 Novembru p. 5
  • X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Bibbja?—Kif nużawh

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Bibbja?—Kif nużawh
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Materjal Simili
  • Imita lill-Għalliem il-Kbir Meta Tuża l-Ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Għin lil Oħrajn Jobdu Dak li Tgħallem il-Bibbja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Il-Ktieb X’Tgħallem il-Bibbja?—L-Għajnuna Prinċipali Tagħna għal Studji tal-Bibbja
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
mwb16 Novembru p. 5

GĦIX BĦALA KRISTJAN

X’Nistgħu Nitgħallmu mill-​Bibbja?—Kif nużawh

X’Nistgħu Nitgħallmu mill-​Bibbja?

Il-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? u l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? huma simili. It-​tnejn huma għodod li nużawhom biex ngħallmu u t-​tnejn fihom l-​istess veritajiet u fl-​istess ordni. Però, il-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? juża kliem simplifikat u loġiku. Hu disinjat għal dawk li jista’ jkollhom diffikultà biex jifhmu l-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? Minflok ma fih appendiċi, il-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? fih noti fl-​aħħar li jagħtu spjegazzjonijiet sempliċi ta’ xi termini u kliem li jinsabu fit-​test prinċipali. Il-​kapitli ma fihomx mistoqsijiet fil-​bidu u lanqas kaxxa tar-​reviżjoni. Minflok, il-​kapitli jispiċċaw b’reviżjoni ta’ veritajiet tal-​Bibbja li jkunu ġew spjegati fit-​test prinċipali. Bħall-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem?, il-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? jista’ jiġi offrut fi kwalunkwe żmien, anki jekk ma jkunx l-​offerta tax-​xahar. Kif nistgħu nużaw l-​aspetti uniċi tal-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? meta nkunu qed nikkonduċu studju tal-​Bibbja?

Reviżjoni ta’ kapitlu tal-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu?

REVIŻJONI: Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies isibuh tajjeb il-​metodu normali tagħna li nikkonduċi studju billi naqraw il-​paragrafu mill-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem? u mbagħad nistaqsu l-​mistoqsija. Madankollu, ejja ngħidu li l-​istudent ma tantx hu familjari mal-​lingwa jew ma tantx jaf jaqra. F’dan il-​każ, tista’ tagħżel li tuża l-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? Imbagħad tista’ tuża r-​reviżjonijiet tal-​kapitlu bħala bażi għall-​istudju u tista’ tħeġġeġ lill-​istudent biex jaqra t-​test prinċipali waħdu. Kull tagħlima, jew verità, tal-​Bibbja spiss tista’ tiġi mgħallma f’sessjoni li ddum madwar kwarta. Ladarba r-​reviżjonijiet ma fihomx id-​dettalji li hemm fit-​test prinċipali, dak li jikkonduċi l-​istudju għandu jipprepara sew u jżomm f’moħħu l-​bżonnijiet tal-​istudent. Jekk l-​għalliem jikkonduċi l-​istudju mit-​test prinċipali, ir-​reviżjonijiet jistgħu jintużaw bħala tfakkira tal-​punti prinċipali.

Noti fl-​aħħar fil-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu?

NOTI FL-​AĦĦAR: It-​termini u l-​kliem li hemm fin-​noti fl-​aħħar huma fl-​ordni li dehru fit-​test prinċipali. L-​għalliem jista’ jiddeċiedi hu jekk jaqrax in-​noti fl-​aħħar jew le tal-​ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu? matul l-​istudju.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja