TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | NAĦUM 1–ĦABAKKUK 3
Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment
Il-qerda imminenti taʼ Ġuda mill-Babiloniżi għandha mnejn ma kinitx tidher reali. In-nies taʼ Ġuda kienu diġà ħallsu lill-Eġittu biex jipproteġuhom. Il-Kaldin ma kinux iktar b’saħħithom mill-Eġizzjani, hux hekk? Apparti minn hekk, ħafna Lhud ma kienx jgħaddilhom minn moħħhom li Ġeħova kien se jippermetti li jinqerdu Ġerusalemm u t-tempju. Minkejja dan, il-profezija kienet se sseħħ, u Ħabakkuk kellu bżonn jibqaʼ jistennieha billi jibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment.
X’jikkonvinċini li dalwaqt se tispiċċa din is-sistema?
Kif nistaʼ nibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment?