LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb19 Diċembru p. 7
  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inkunu flessibbli

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inkunu flessibbli
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
  • Materjal Simili
  • Kif Tipprepara Preżentazzjoni bir-Rivisti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Uri Interess Persunali—Billi Tadatta Ruħek
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Għin lill-Inkwilin Jirraġuna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
  • Segwi r-Regola tad-Deheb fil-ministeru tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2019
mwb19 Diċembru p. 7
Żewġ aħwa nisa jużaw tablet biex jippritkaw lil raħħal.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Inkunu flessibbli

GĦALA HU IMPORTANTI: Il-​midlukin u n-​nagħaġ oħrajn jistiednu lil nies taʼ kull xorta biex ‘jieħdu l-​ilma tal-​ħajja b’xejn.’ (Ri 22:17) Dan l-​ilma simboliku jirrappreżenta l-​provvedimenti kollha taʼ Ġeħova biex jeħles lill-​bnedmin ubbidjenti mid-​dnub u l-​mewt. Sabiex ngħinu lin-​nies li għandhom drawwiet u twemmin reliġjuż differenti, irridu nippreżentaw l-​“aħbar tajba taʼ dejjem” b’tali mod li tolqothom b’mod persunali.—Ri 14:6.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Agħżel suġġett u skrittura li se tmiss il-​qlub tan-​nies fit-​territorju tiegħek. Tistaʼ tagħżel eżempju taʼ konversazzjoni jew xi ħaġa li kellek suċċess biha. Liema suġġetti u skritturi jintlaqgħu tajjeb? Ġara xi ħaġa dan l-​aħħar li ħafna nies qed jitkellmu dwarha? X’jistaʼ jkun t’interess għal raġel jew mara?

  • Fil-​konversazzjoni tiegħek, inkludi tislimiet u drawwiet li huma komuni fl-​inħawi tiegħek.—2Ko 6:3, 4

  • Kun midħla tal-​pubblikazzjonijiet u l-​vidjows li għandna fil-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim, sabiex tużahom maʼ xi ħadd li juri interess

  • Iddawnlowdja informazzjoni bil-​lingwi tan-​nies li għandek mnejn tiltaqaʼ magħhom fit-​territorju tiegħek

  • Addatta s-​suġġett skont il-​bżonnijiet tal-​inkwilin. (1Ko 9:19-23) Pereżempju, x’tistaʼ tgħid jekk issir taf li dan l-​aħħar l-​inkwilin mietlu xi ħadd?

ARA L-​VIDJOW, U MBAGĦAD WIEĠEB DAWN IL-​MISTOQSIJIET:

  • Il-​pubblikatur fuq liema suġġett beda jitkellem mal-​inkwilin?

  • X’kien qed jiġri fil-​ħajja tal-​inkwilin?

  • F’din l-​okkażjoni, liema skrittura kienet tixraq l-​iktar, u għala?

  • Int kif taddatta l-​preżentazzjoni tiegħek biex tolqot lin-​nies fit-​territorju tiegħek?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja