TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠENESI 15-17
Ġeħova Ta Isem Ieħor lil Abram u Saraj—Għala?
Ġeħova qies lil Abram bla nuqqas. Meta lil Abram tah iktar dettalji dwar il-wegħda Tiegħu, lil Abram u Saraj tahom ismijiet li kienu jiddeskrivu x’se jiġri fil-futur.
Bħalma wrew l-ismijiet tagħhom, Abraham sar missier taʼ ħafna popli u Sara saret antenata tas-slaten.
Abraham
Missier Kotra
Sara
Prinċipessa
Aħna ma nistgħux nagħżlu l-isem li ngħatajna meta twelidna. Imma bħal Abraham u Sara nistgħu nibnu isem tajjeb maʼ Ġeħova aħna stess. Staqsi lilek innifsek:
‘Kif nistaʼ nitqies bla nuqqas minn Ġeħova?’
‘X’tip taʼ reputazzjoni qed nagħmel maʼ Ġeħova?’