GĦIX BĦALA KRISTJAN
Qed Tibbenefika Int mill-Ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum?
Tinkludi r-rutina spiritwali tiegħek li taqra l-vers mill-Bibbja u l-kummenti għall-ġurnata mill-ktejjeb Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum? Jekk le, tistaʼ tagħmel dan parti mir-rutina tiegħek? Ħafna jaqraw il-vers fil-bidu tal-ġurnata. Imbagħad ikunu jistgħu jimmeditaw dwar dan waqt li jagħmlu l-attivitajiet taʼ kuljum. (Ġoż 1:8; Sa 119:97) Kif tistaʼ tibbenefika iktar mill-vers tal-Iskrittura? Aqra l-kuntest tal-Bibbja biex tkun taf l-istorja. Ipprova aħseb f’rakkont tal-Bibbja li juri l-prinċipju li hu enfasizzat fil-vers. Imbagħad applika l-prinċipju f’ħajtek stess. Meta l-Kelma t’Alla taffettwalek id-deċiżjonijiet tiegħek, se tidderiġilek ħajtek u tkun taʼ benefiċċju kbir għalik.—Sa 119:105.
Il-familji taʼ Betel madwar id-dinja jikkunsidraw Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum filgħodu. Fi snin reċenti, ħafna minn dawn id-diskussjonijiet tpoġġew fuq JW Broadcasting taħt il-kategorija PROGRAMMI U AVVENIMENTI. Meta kien l-aħħar li rajt wieħed jew iktar minnhom? Forsi ftit mill-materjal ikun eżatt dak li jkollok bżonn. Pereżempju, kif jistaʼ r-rakkont taʼ Lot jaffettwa d-deċiżjonijiet tiegħek?
ARA L-VIDJOW TĦOBBUX ID-DINJA (1ĠW 2:15), U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Liema prinċipji tal-Bibbja kienet ibbażata fuqhom din id-diskussjoni tal-Qima taʼ Filgħodu?
Ir-rakkont taʼ Lot kif juri l-periklu taʼ li tħobb id-dinja jew l-affarijiet fiha?—Ġen 13:12; 14:12; 19:3, 12, 13, 24-26
Kif nuru li nħobbu lil Ġeħova u mhux id-dinja jew l-affarijiet fiha?
Matul il-ġurnata kif nistaʼ nuri li nqis il-Kelma taʼ Ġeħova taʼ valur?