LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb20 Diċembru p. 3
  • Nuru Mħabba Billi Nappoġġjaw id-Dixxiplina taʼ Ġeħova

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nuru Mħabba Billi Nappoġġjaw id-Dixxiplina taʼ Ġeħova
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
  • Materjal Simili
  • Id-​Dixxiplina Hi Mħabba minn Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Meta Xi Ħadd li Tħobb Jitlaq lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2021
  • Nilqgħu l-Isfida tal-Lealtà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Li wieħed jiġi maqtugħ mis-sħubija hu att taʼ mħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2020
mwb20 Diċembru p. 3

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Nuru Mħabba Billi Nappoġġjaw id-Dixxiplina taʼ Ġeħova

Il-​qtugħ mis-​sħubija jipproteġi lill-​kongregazzjoni u jiddixxiplina lil dawk li jiżbaljaw u ma jindmux. (1Ko 5:6, 11) Meta nappoġġjaw din it-​tip taʼ dixxiplina mingħand Ġeħova, aħna nkunu qed nuru mħabba. Dan kif jistaʼ jkun meta l-​qtugħ mis-​sħubija jġib uġigħ emozzjonali lil tal-​familja u  lill-​kumitat ġudizzjali?

L-​iktar importanti, aħna nuru mħabba għar-​ reputazzjoni taʼ Ġeħova u għal-​livell taʼ qdusija tiegħu. (1Pt 1:14-​16) Barra minn hekk, aħna nuru mħabba għall-​persuna li tiġi maqtugħa mis-​sħubija. Dixxiplina iebsa, għalkemm iġġib uġigħ, tistaʼ twassal għal “frott li jġib il-​paċi.” (Eb 12:5, 6, 11) Jekk nagħmluha maʼ xi ħadd maqtugħ mis-​sħubija jew li qataʼ lilu nnifsu mis-​sħubija, aħna ma nkunux qed ngħinu fid-​dixxiplina taʼ Ġeħova. Tinsiex, Ġeħova jiddixxiplina lin-​nies tiegħu ‘kemm ikun jistħoqqilhom.’ (Ġer 30:11) Hekk kif inkomplu nappoġġjaw id-​dixxiplina taʼ Ġeħova u nżommu r-​rutina spiritwali, aħna nibqgħu nittamaw li l-​persuna tiġi lura lejn Missierna kollu ħniena.—Is 1:16-18; 55:7.

ARA L-​VIDJOW ŻOMM IL-​LEALTÀ B’QALB SĦIĦA, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xena mill-vidjow ‘Żomm il-lealtà b’qalb sħiħa.’ Gabriella u Ben jibku wara li jaqraw ittra mingħand binhom li telaq mid-dar.

    Xi wġigħ iħossu l-​ġenituri Kristjani meta xi ħadd mit-​tfal jitlaq lil Ġeħova?

  • Xena mill-vidjow ‘Żomm il-lealtà b’qalb sħiħa.’ Ħbieb jgħannqu u jfarrġu lil Gabriella u Ben wara laqgħa tal-kongregazzjoni.

    L-​aħwa fil-​kongregazzjoni kif jistgħu jgħinu lill-​membri tal-​familja leali?

  • Xena mill-vidjow ‘Żomm il-lealtà b’qalb sħiħa.’ Gabriella timmaġina r-rakkont tar-ribelljoni taʼ Koraħ.

    Liema rakkont fil-​Bibbja jgħallimna li l-​lealtà lejn Ġeħova hi iktar importanti mil-​lealtà lejn il-​familja tagħna?

  • Xena mill-vidjow ‘Żomm il-lealtà b’qalb sħiħa.’ Wara l-laqgħa, Gabriella tgħid lil Ben dwar messaġġ mingħand binhom.

    Kif inġibu l-​lealtà lejn Ġeħova qabel il-​lealtà lejn il-​familja?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja