GĦIX BĦALA KRISTJAN
Lest Int Biex Tapplika għall-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna?
Int għandek bejn it-23 u l-65 sena u qiegħed fis-servizz full-time? Għandek saħħa tajba u tistaʼ taqdi fejn hemm iktar bżonn? Jekk weġibt iva għal dawn il-mistoqsijiet, ikkunsidrajt biex tapplika għall-Iskola għall-Evanġelizzaturi tas-Saltna? Sa mill-ewwel klassi applikaw eluf taʼ koppji miżżewġin u aħwa rġiel u nisa single. Però, għandna bżonn li japplikaw iżjed aħwa rġiel single. Itlob lil Ġeħova biex tkun tixtieq togħġbu iktar u biex timita lil Ibnu. (Sa 40:8; Mt 20:28; Eb 10:7) Imbagħad ikkunsidra b’liema modi tistaʼ tnaqqas ix-xogħol jew ir-responsabbiltajiet personali biex tikkwalifika.
Dawk li attendew din l-iskola, b’liema modi u fejn setgħu jaqdu? Xi aħwa ntbagħtu f’postijiet fejn jitkellmu b’lingwi oħra jew biex jagħtu xhieda speċjali lill-pubbliku fi bliet kbar. Oħrajn aktar tard qdew bħala indokraturi li jżuru l-kongregazzjonijiet, bħala sostituti għalihom, jew bħala missjunarji. Waqt li taħseb fuq dak li tistaʼ tagħmel fis-servizz tiegħek lil Ġeħova, jalla jkollok l-attitudni tal-profeta Isaija, li qal: “Hawn jien! Ibgħat lili.”—Is 6:8.
ARA L-VIDJOW Il-MISSJUNARJI—ĦADDIEMA TAL-ĦSAD, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Il-missjunarji kif jiġu magħżulin?
Il-missjunarji liema xogħol tajjeb qegħdin jagħmlu?
X’inhuma xi barkiet tal-missjunarji?