LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb21 Novembru p. 7
  • Kif Nagħmlu l-Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa Prattiċi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Nagħmlu l-Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa Prattiċi
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
  • Materjal Simili
  • Laqgħat għas-servizz tal-għalqa li jwettqu x-xogħol tagħhom
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Ibbenefika bis-Sħiħ mil-Laqgħat għas-Servizz taʼ l-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2021
mwb21 Novembru p. 7
Grupp taʼ Stampi: 1. Ħu jipprepara biex jikkonduċi l-laqgħa għas-servizz tal-għalqa. Stampi żgħar juru fuljetti differenti, rapport tal-aħbarijiet, u inkwilin li ma jaċċettax fuljett. 2. Il-ħu jikkonduċi l-laqgħa għas-servizz tal-għalqa l-ġurnata taʼ wara u jżomm fuljett u Bibbja.

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kif Nagħmlu l-​Laqgħat għas-​Servizz tal-​Għalqa Prattiċi

Bħal-​laqgħat kollha tal-​kongregazzjoni, il-​laqgħat għas-​servizz tal-​għalqa huma provvediment mingħand Ġeħova biex ninkuraġġixxu lil xulxin għall-​imħabba u xogħol mill-​aħjar. (Eb 10:24, 25) Dawn għandhom jieħdu bejn ħames u sebaʼ minuti, li jinkludi l-​organizzar tal-​gruppi, li jiġi assenjat it-​territorju, u li tingħad talba. (Il-​laqgħa għandha tkun iqsar jekk issir wara laqgħa oħra.) Il-​ħu li jikkonduċi għandu jipprepara xi ħaġa li tkun prattika għal dawk li se jieħdu sehem fil-​ministeru f’dik il-​ġurnata. Pereżempju, nhar taʼ Sibt meta ħafna fl-​attendenza jkunu ilhom ġimgħa li ħarġu għall-​ministeru, ikun l-​aħjar li sempliċiment nikkunsidraw x’nistgħu ngħidu. X’suġġetti oħra jistgħu jkunu taʼ benefiċċju li niddiskutu?

  • Eżempju taʼ konversazzjoni mill-​Fuljett għall-​Istudju tal-​Laqgħa—Il-​Ħajja u l-​Ministeru Kristjan Tagħna

  • Kif nużaw ġrajja kurrenti jew rapport fl-​aħbarijiet biex nibdew konversazzjoni

  • Kif inwieġbu għal oġġezzjoni komuni

  • Kif inwieġbu lil ateu, evoluzzjonist, persuna li titkellem b’lingwa oħra, jew persuna li qiegħda f’reliġjon li mhix komuni għat-​territorju tagħna

  • Kif nużaw diversi affarijiet mill-​website jw.org, mill-​app JW Library®, mill-​Bibbja, jew mill-​ktejjeb Introduzzjoni għall-​Kelma t’Alla

  • Kif nużaw waħda mill-​għodod mill-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim

  • Kif nieħdu sehem f’aspett speċifiku tal-​ministeru, bħal li nagħtu xhieda bit-​telefown, niktbu ittri, nippritkaw f’postijiet pubbliċi, nagħmlu żjajjar lura, jew studji tal-​Bibbja

  • Tfakkiriet biex inżommu ’l bogħod mill-​periklu, inkunu flessibbli, nużaw manjieri tajbin, ikollna attitudni pożittiva, jew xi ħaġa simili

  • Lezzjoni jew vidjow mill-​browxer Irsisti fil-​qari u t-​tagħlim

  • Kif ninkuraġġixxu u ngħinu lil min ikun qed jaħdem magħna fuq il-​ministeru

  • Skrittura li għandha x’taqsam mal-​ministeru jew xi esperjenza inkuraġġanti dwar il-​ministeru

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja