GĦIX BĦALA KRISTJAN
Iż-Żwieġ—Wegħda għal Ħajtek Kollha
Żwiġijiet Kristjani li jirnexxu u li jonoraw lil Ġeħova jferrħu lir-raġel u lill-mara. (Mk 10:9) Biex ikollok żwieġ li jġib il-ferħ u li jdum, il-Kristjani jridu jużaw il-prinċipji tal-Bibbja biex jagħżlu sieħeb jew sieħba.
Tibdiex toħroġ maʼ xi ħadd qabel tkun għaddejt mill-“fjur taż-żgħożija,” żmien meta xewqat sesswali qawwijin jistgħu jagħmluhielek diffiċli biex tieħu deċiżjonijiet għaqlin. (1Ko 7:36) Uża ż-żmien meta int single bil-għaqal biex issaħħaħ il-ħbiberija tiegħek m’Alla u biex tiżviluppa kwalitajiet Kristjani. Imbagħad, se tkun f’pożizzjoni bil-wisq aħjar biex ikollok suċċess fiż-żwieġ.
Qabel tagħti l-kelma biex tiżżewweġ, ħu ż-żmien li għandek bżonn biex issir taf il-“persuna minn ġewwa.” (1Pt 3:4) Jekk jibda jkollok dubji serji, iddiskutihom maʼ dak li se tiżżewweġ. Bħal f’kull relazzjoni oħra, fiż-żwieġ trid tiffoka iktar fuq dak li tistaʼ tagħti milli fuq dak li tistaʼ tieħu. (Flp 2:3, 4) Jekk tapplika l-prinċipji tal-Bibbja qabel ma tiżżewweġ, se jkun eħfef għalik li tkompli tagħmel dan wara li tiżżewweġ biex ikollok żwieġ ferħan.
ARA L-VIDJOW NIPPREPARAW GĦAŻ-ŻWIEĠ—IT-3 PARTI: “IKKALKULA L-ISPEJJEŻ,” U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:
Ir-relazzjoni tal-oħt maʼ Shaun kif kompliet?
Xi nnotat meta saret tafu aħjar?
Il-ġenituri tagħha kif għenuha, u liema deċiżjoni għaqlija ħadet?