LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • wp21 Nru. 1 pp. 8-9
  • Alla Għala Ma Jismax it-Talb Kollu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Għala Ma Jismax it-Talb Kollu?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • Materjal Simili
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-privileġġ tat-talb
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Kif Tikseb Għajnuna Permezz Tat-Talb
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • It-Talb taʼ Min Jiġi Mwieġeb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
wp21 Nru. 1 pp. 8-9

Alla Għala Ma Jismax it-Talb Kollu?

Missierna tas-​sema, Alla Ġeħova, irid u jieħu pjaċir jismaʼ t-​talb sinċier tagħna. Imma hemm affarijiet li jżommuh milli jwieġeb it-​talb tagħna. X’inhuma dawn l-​affarijiet u xi rridu nżommu f’moħħna meta nitolbu? Dawn li ġejjin huma xi prinċipji mill-​Bibbja.

Xi nies fi knisja jitolbu minn ktieb tat-talb.

“Meta titlob, toqgħodx tirripeti l-​istess ħaġa.”—Mattew 6:7.

Ġeħova ma jridniex nirrepetu talb bl-​amment jew naqrawh minn xi ktieb tat-​talb. Minflok, iridna nitkellmu mill-​qalb. Immaġina kemm ikun taʼ dwejjaq kieku ħabib dejjem jgħidlek l-​istess ħaġa darba wara l-​oħra. Ħbieb veri jitkellmu mill-​qalb u b’mod sinċier. Meta nitolbu fi kliemna, inkunu qed ngħidu xi ħaġa personali lil Missierna tas-​sema.

Raġel mimli tama li Alla se jgħinu jirbaħ waqt li jobrox biljett tal-lotterija.

“Titolbu, iżda ma taqilgħux, għax qegħdin titolbu għal skop ħażin.”—Ġakbu 4:3.

Aħna żgur li ma nistennewx li Alla jwieġeb it-​talb tagħna kieku kellna nitolbuh għal affarijiet li hu ma jridx li nagħmlu jew ikollna. Pereżempju, jekk xi ħadd jilgħab għall-​flus u jitlob lil Alla biex jgħinu jirbaħ, Ġeħova se jwieġeb dik it-​talba? Hu qalilna b’mod ċar biex ma nkunux egoisti u biex ma nemmnux fis-​superstizzjoni, bħax-​xorti. (Isaija 65:11; Luqa 12:15) Aħna żgur li ma nistennewx li Ġeħova jwieġeb talb bħal dan. Biex Alla jwieġeb it-​talb tagħna, irridu nkunu ċerti li t-​talb jaqbel maʼ dak li jgħidilna fil-​Bibbja.

Qassis jitlob għal grupp taʼ suldati.

“Min idawwar widintu biex ma jismax il-​liġi—anki t-​talba tiegħu hi xi ħaġa mistkerrha.”—Proverbji 28:9.

Fiż-​żminijiet Bibliċi, Alla ma weġibx lil dawk li ma obdewx il-​liġijiet ġusti tiegħu. (Isaija 1:15, 16) Alla ma nbidilx. (Malakija 3:6) Jekk irridu li Alla jwieġeb it-​talb tagħna, għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nobdu l-​liġijiet tiegħu. Imma xi ngħidu jekk għamilna xi affarijiet ħżiena fil-​passat? Ifisser dan li Ġeħova qatt mhu se jismagħna? Dażgur li le! Alla bi mħabba se jaħfrilna jekk nuruh li jiddispjaċina għall-​ħażin li għamilna u jekk nagħmlu l-​aħjar li nistgħu biex nogħġbuh.—Atti 3:19.

“Min jersaq lejn Alla jrid jemmen li hu jeżisti u li jippremja lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa.”—Ebrej 11:6.

Mara taqra l-Bibbja.

Aħna ma nitolbux sempliċement biex inħossuna aħjar meta nkunu stressjati jew anzjużi. Aħna nitolbu lil Alla biex inkunu nistgħu nuruh li aħna nafdaw fih, nirrispettawh, u nħobbuh. Jekk ma ‘nibqgħux nitolbu bil-​fidi,’ jgħid id-​dixxiplu Ġakbu, mela ‘ma nistennewx li se naqilgħu xi ħaġa mingħand Ġeħova.’ (Ġakbu 1:6, 7) Biex nibnu l-​fidi tagħna f’Alla, irridu nieħdu l-​ħin u nagħmlu sforz biex insiru nafuh billi nistudjaw il-​Bibbja. Li nagħmlu dan se jgħinna nsiru nafu r-​rieda tiegħu u nitolbu bil-​fiduċja li Alla jismaʼ t-​talb tagħna.

TAQTAX QALBEK!

Għalkemm Alla ma jweġibx it-​talb kollu, hu jismaʼ u jwieġeb it-​talb sinċier taʼ miljuni taʼ nies. Il-​Bibbja tgħinek issir taf x’għandek tagħmel biex it-​talb tiegħek jogħġob lil Alla. L-​artiklu li jmiss se jispjega dan.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja