LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w25 Lulju pp. 14-19
  • Jistgħu l-Affarijiet li Tgħallimt mill-Bibbja fil-Bidu Jgħinuk Illum?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jistgħu l-Affarijiet li Tgħallimt mill-Bibbja fil-Bidu Jgħinuk Illum?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ĠEĦOVA HU L-ĦALLIEQ
  • ALLA GĦALA JIPPERMETTI T-TBATIJA
  • QED NGĦIXU “FL-AĦĦAR JIEM”
  • IBQAʼ APPREZZA T-TFAKKIRIET TAʼ ĠEĦOVA
  • Kun Umli u Aċċetta li Hemm Affarijiet li Ma Tafx
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Deċiżjonijiet li Juru li Tafda f’Ġeħova
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Int Tagħraf il-Verità mill-Gideb?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • L-Imħabba Tgħinek Tibqaʼ Tipprietka!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
w25 Lulju pp. 14-19

ARTIKLU GĦALL-ISTUDJU 30

GĦANJA 97 Ħajjitna tiddependi mill-Kelma t’Alla

Jistgħu l-Affarijiet li Tgħallimt mill-Bibbja fil-Bidu Jgħinuk Illum?

“Beħsiebni nibqaʼ nfakkarkom f’dawn l-affarijiet, minkejja li tafuhom u konvinti sew mill-verità li tgħallimtu.”—2 PT. 1:12.

DAK LI SE NITGĦALLMU

Kif l-affarijiet li tgħallimt meta bdejt tistudja l-Bibbja għadhom jistgħu jgħinuk illum.

1. L-affarijiet li tgħallimt meta bdejt tistudja l-Bibbja kif effettwawk?

L-AFFARIJIET bażiċi li tgħallimna mill-Bibbja meta bdejna nistudjaw biddlulna ħajjitna. Pereżempju, meta tgħallimna li l-isem t’Alla hu Ġeħova bdejna nsiru l-ħbieb tiegħu. (Isa. 42:8) Meta tgħallimna x’jiġri meta mmutu, ma bqajniex ninkwetaw jekk il-maħbubin tagħna humiex qed ibatu. (Ekk. 9:10) U meta tgħallimna dwar il-wegħda t’Alla li se jġib Ġenna tal-art, ma bqajniex ninkwetaw dwar il-futur. Sirna konvinti li stajna ngħixu mhux biss għal 70 jew 80 sena, imma għal dejjem.—Slm. 37:29; 90:10.

2. It-​2 Pietru 1:​12, 13 kif juri li anki Kristjani maturi m’għandhomx jinsew kemm hu importanti t-tagħlim bażiku tal-Bibbja?

2 Qatt m’għandna ninsew kemm hu importanti dak li tgħallimna mill-Bibbja fil-bidu. Fit-tieni ittra tiegħu, l-appostlu Pietru kiteb lil Kristjani li kienu “konvinti sew mill-verità.” (Aqra 2 Pietru 1:​12, 13.) Però, dak iż-żmien kien hemm nies ħżiena fil-kongregazzjoni li riedu jbiegħdu lill-aħwa mill-verità. (2 Pt. 2:​1-3) Allura, Pietru ried isaħħaħ lill-aħwa ħalli jkunu jistgħu jipproteġu lilhom infushom mill-gideb li dawn in-nies kienu qed jgħallmu. Biex jagħmel dan, hu fakkarhom dwar ċerti affarijiet li kienu diġà tgħallmu. Dawn it-tfakkiriet kienu se jgħinuhom jibqgħu leali lejn Ġeħova sal-aħħar.

3. Għala għandhom il-Kristjani kollha jimmeditaw dwar dak li tgħallmu meta bdew jistudjaw il-Bibbja? Agħti eżempju.

3 Hekk kif nimmaturaw bħala Kristjani, xorta nistgħu nibbenefikaw mit-tagħlim bażiku tal-Bibbja. Bħala eżempju, aħseb f’chef tal-esperjenza u xi ħadd li għadu jibda jitgħallem isajjar. Huma jaf jużaw l-istess ingredjenti biex jagħmlu ikla. Imma maż-żmien, ix-chef tal-esperjenza tgħallem juża l-istess ingredjenti b’modi differenti biex jagħmel riċetti ġodda u tajbin. Bl-istess mod, dawk li ilhom jaqdu lil Ġeħova jaf jitgħallmu lezzjonijiet differenti mill-istess skritturi li qed jitgħallem xi ħadd li qed jistudja l-Bibbja. Għala? Għax wara li nitgħammdu, iċ-ċirkustanzi tagħna jew il-mod kif naqdu lil Ġeħova jaf jinbidel. Allura, l-iskritturi li nkunu tgħallimna snin ilu se nużawhom għaċ-ċirkustanzi l-ġodda tagħna. Ejja naraw x’jistgħu jitgħallmu Kristjani maturi minn tliet affarijiet li tgħallmu meta bdew jistudjaw il-Bibbja.

ĠEĦOVA HU L-ĦALLIEQ

4. Meta tgħallimna li Ġeħova hu l-Ħallieq, kif inbidlet ħajjitna?

4 Verità li tgħallimna hi li “dak li bena kollox hu Alla.” (Lhud 3:4) Fil-fatt, aħna nafu li d-dinja u kulma fiha ħalaqhom xi ħadd b’saħħtu u għaref ħafna. Imma hemm ħafna iktar affarijiet x’nistgħu nitgħallmu minn din il-verità. Nitgħallmu li peress li Ġeħova ħalaqna, hu jafna sew, jimpurtah minna, u jaf x’inhu l-aħjar għalina. Mela li nafu li Ġeħova hu l-Ħallieq tagħna biddlilna ħajjitna b’ħafna modi u anki tana tama.

5. Liema verità se tgħinna nkunu umli? (Isaija 45:​9-12)

5 Il-verità li Ġeħova hu l-Ħallieq tagħna tgħallimna wkoll li għandna nkunu umli. Pereżempju, għal xi żmien, Ġob nesa x’kien l-iktar importanti. Minflok iffoka fuq Ġeħova, hu beda jiffoka fuqu nnifsu u jiġġustifika lilu nnifsu. Imma Ġeħova fakkru li hu l-Ħallieq li jistaʼ kollox. (Ġob 38:​1-4) Dan għen lil Ġob jirrealizza li l-mod kif Ġeħova jagħmel l-affarijiet hu dejjem aħjar mill-mod kif jagħmilhom il-bniedem. Fi qbil ma’ dan, Isaija iktar tard kiteb: “Għandu t-tafal jgħid lil Dak li jagħmel il-fuħħar: ‘X’qed tagħmel?’”—Aqra Isaija 45:​9-12.

6. Meta jkun tajjeb li nimmeditaw dwar kemm hu għaref u b’saħħtu l-Ħallieq tagħna? (Ara wkoll l-istampi.)

6 Kristjan li jkun ilu jaqdi lil Ġeħova jistaʼ jibda jistrieħ wisq fuq dak li jaħseb hu minflok jara x’jaħseb Ġeħova u x’tgħid il-Kelma tiegħu. (Ġob 37:​23, 24) Allura, li jimmedita dwar kemm hu għaref u b’saħħtu Ġeħova kif jistaʼ jgħinu? (Isa. 40:22; 55:​8, 9) Din il-verità bażika tistaʼ tgħinu jibqaʼ umli u jiftakar li l-mod kif jaħseb Ġeħova hu aħjar mill-mod kif jaħseb hu.

Grupp taʼ stampi: 1. Anzjan jagħmel suġġeriment waqt laqgħa tal-anzjani, imma l-anzjani l-oħra ma jidhrux ċerti mis-suġġeriment. 2. Iktar tard, hu jħares lejn sema mimlija stilel u jimmedita.

X’jistaʼ jgħinna niftakru li dak li jaħseb Ġeħova hu aħjar mill-opinjoni tagħna? (Ara paragrafu 6)e


7. Rahela x’għamlet biex taċċetta bidla li saret fl-organizzazzjoni?

7 Rahela, li tgħix is-Slovenja, sabet li meta mmeditat dwar Ġeħova bħala l-Ħallieq, setgħet taċċetta bidliet li saru fl-organizzazzjoni. Hi tammetti: “Ġieli ma kienx faċli għalija li naċċetta bidliet li għamlu l-aħwa li qed imexxu. Pereżempju, wara li rajt ir-rapporta dwar li l-aħwa rġiel jistgħu jħallu d-daqna, xorta rajtha stramba meta telaʼ ħu jagħti taħdita bid-daqna. Allura, tlabt lil Ġeħova biex jgħinni naddatta ma’ din il-bidla.” Rahela fehmet li bħala l-Ħallieq tas-sema u l-art, Ġeħova dejjem jaf liema hu l-aħjar mod kif imexxi l-organizzazzjoni tiegħu. Jekk qed issibha diffiċli biex tadatta ma’ xi bidla jew direzzjoni ġdida fl-organizzazzjoni, kun umli u mmedita sew dwar kemm hu għaref u b’saħħtu l-Ħallieq tiegħek, Ġeħova.—Rum. 11:​33-36.

ALLA GĦALA JIPPERMETTI T-TBATIJA

8. Il-verità dwar għala Alla jippermetti t-tbatija kif għenitek?

8 Alla għala jippermetti t-tbatija? Xi wħud li ma jafux it-tweġiba jirrabjaw għal Alla jew jispiċċaw ma jemmnux li jeżisti! (Prov. 19:3) Imma int tgħallimt li n-nies ibatu u jmutu minħabba d-dnub u l-imperfezzjoni, mhux għax Ġeħova jġegħelhom ibatu. Tgħallimt ukoll li grazzi għall-paċenzja taʼ Ġeħova, miljuni taʼ nies qed ikollhom iċ-ċans jitgħallmu dwaru u jifhmu kif hu se jeqred it-tbatija darba għal dejjem. (2 Pt. 3:​9, 15) Din il-verità tatek il-faraġ u ressqitek eqreb taʼ Ġeħova.

9. Meta l-iktar irridu niftakru għala Ġeħova qed jippermetti t-tbatija?

9 Aħna nafu li sakemm Ġeħova jneħħi t-tbatija rridu nkunu paċenzjużi. Imma meta xi ħadd li nħobbu jmut, jew aħna jew xi ħadd tal-familja jbati jew jiġi trattat b’mod inġust, xorta jaf nibdew naħsbu għala Ġeħova qed idum biex jaġixxi. (Ħab. 1:​2, 3) F’mumenti bħala dawn, ikun tajjeb li niftakru r-raġunijiet għala Ġeħova qed jippermetti li n-nies tajbin jgħaddu minn diffikultajiet.b (Slm. 34:19) Ukoll, nistgħu nimmeditaw dwar l-iskop tiegħu li jneħħi t-tbatija għal dejjem.

10. X’għen lil Anne tkampa meta mietet ommha?

10 Li nafu l-verità dwar għala Alla jippermetti t-tbatija jgħinna nissaportu. Anne, li tgħix fil-gżira taʼ Mayotte, fl-Oċean Indjan, tgħid: “Ftit tas-snin ilu mietet ommi u vera ħassejtni mdejqa. Però, kull meta nħossni hekk niftakar li dan mhux minn Ġeħova. Ġeħova għandu sebaʼ mitt sena biex ineħħi t-tbatija u jqajjem lill-maħbubin tagħna li mietu. Meta nimmedita fuq dawn il-veritajiet, avolja nimmissjaha lil ommi, inħoss kalma li naf li Ġeħova biss jistaʼ jtini.”

11. X’inhuma xi raġunijiet għala Ġeħova jippermetti t-tbatija, u dan kif jistaʼ jimmotivana nkomplu nippritkaw?

11 Li nafu l-verità għala Alla jippermetti t-tbatija jistaʼ jimmotivana nkomplu nippritkaw. Wara li spjega li Ġeħova hu paċenzjuż għax jixtieq li n-nies jindmu u ma jinqerdux, Pietru kiteb: “Aħsbu dwar x’tip taʼ nies għandkom tkunu. Aġixxu b’mod qaddis u agħtu prova li intom leali lejn Alla b’dak li tagħmlu.” (2 Pt. 3:11) Mod wieħed kif ‘nagħtu prova li aħna leali lejn Alla b’dak li nagħmlu’ hu billi nippritkaw. Bħal Missierna, aħna nħobbuhom lin-nies u nixtiquhom jgħixu għal dejjem fid-dinja l-ġdida t’Alla. Ġeħova bil-paċenzja qed jagħti ċ-ċans lin-nies tat-territorju tagħna jkollhom l-opportunità li jaqduh. Kemm hu privileġġ sabiħ li naħdmu m’Alla u ngħinu lil kemm jistaʼ jkun nies jitgħallmu dwaru qabel jiġi t-tmiem!—1 Kor. 3:9.

QED NGĦIXU “FL-AĦĦAR JIEM”

12. Il-verità li qed ngħixu “fl-aħħar jiem” kif għenitna?

12 Il-Bibbja qalet eżatt kif se jkunu n-nies “fl-aħħar jiem.” (2 Tim. 3:​1-5) Meta nħarsu madwarna u naraw kif in-nies jaġixxu, naraw b’mod ċar li dak li tgħid il-Bibbja hu veru. Meta naraw l-attitudni tan-nies tmur għall-agħar, nikkonvinċu lilna nfusna iktar li dak li tgħid il-Kelma t’Alla nistgħu nafdawh.—2 Tim. 3:​13-15.

13. L-eżempju li qal Ġesù f’​Luqa 12:​15-21 xi jġegħelna nsaqsu lilna nfusna?

13 Aqra Luqa 12:​15-21. Li nafu li qed ngħixu fl-aħħar jiem jgħinna nużaw il-ħin tagħna bl-aħjar mod biex naqdu lil Ġeħova. L-eżempju li qal Ġesù jurina għala dan hu importanti. Alla qal li r-raġel sinjur kien “bla raġuni” mhux għax kellu l-ġid, imma għax kellu l-prijoritajiet tiegħu ħżiena. Hu kien refaʼ “ħafna affarijiet taʼ valur għalih innifsu imma [ma kienx] sinjur f’affarijiet li huma importanti għal Alla.” Il-mod kif uża l-ħin tiegħu kien ħażin, għax fil-fatt Alla qallu: “Dan il-lejl int se tmut.” Din l-istorja kif tistaʼ tgħinna llum? M’għadx fadal ħafna żmien qabel jiġi t-tmiem, allura jkun tajjeb li nistaqsu lilna nfusna: ‘Il-miri tiegħi juru li qed nuża l-ħin tiegħi bl-aħjar mod biex naqdi lil Ġeħova? X’miri qed inħeġġiġhom jagħmlu lit-tfal tiegħi? Qiegħed nuża s-saħħa, il-ħin, u l-flus tiegħi biex inkun sinjur f’affarijiet li huma importanti għal Alla jew qed niffoka fuq affarijiet li jogħġbu lili?’

14. Bħalma rajna fl-esperjenza taʼ Miki, għala hu importanti li nimmeditaw sew dwar l-evidenza li qed ngħixu fl-aħħar jiem?

14 Li nimmeditaw fuq l-evidenza li qed ngħixu fl-aħħar jiem jistaʼ jeffettwa d-deċiżjonijiet li nieħdu f’ħajjitna. Dan hu dak li ġara lil oħt jisimha Miki. Hi tgħid: “Meta spiċċajt is-sekondarja, vera xtaqt immur l-università biex nistudja dwar l-annimali u wara nsib xogħol fuq hekk. Imma kelli wkoll il-mira li nkun pijuniera regulari u mmur naqdi fejn hemm iktar bżonn. Aħwa maturi fil-kongregazzjoni qaluli biex naħseb sew jekk kienx se jirnexxili nagħmilhom it-tnejn, jiġifieri jkolli l-karriera li xtaqt u fl-istess ħin nilħaq il-miri spiritwali tiegħi. Fakkruni li din is-sistema dalwaqt se tispiċċa, imma fakkruni wkoll li fid-dinja l-ġdida se jkolli l-eternità biex nistudja dwar l-annimali kollha. Allura, għażilt li nieħu korsijiet qosra li ma jiħdulix ħafna mill-ħin tiegħi u li bihom stajt nitgħallem abbiltajiet differenti. Dan għenni biex insib xogħol li bih stajt nieħu ħsieb lili nnifsi, ikolli l-ħin biex inkun pijuniera regulari, u biex iktar ’il quddiem immur l-Ekwador u naqdi fejn hemm iktar bżonn.” Issa, Miki u r-raġel tagħha qed jaqdu fix-xogħol tas-circuit fl-Ekwador.

15. L-eżempju taʼ Ġakbu kif jgħinna ma naqtgħux qalbna minn uħud li jgħidu li mhux interessati fl-aħbar tajba? (Ara wkoll l-istampi.)

15 Jekk in-nies għall-ewwel ma jkunux iridu jisimgħu l-aħbar tajba, m’għandniex niħduha bi kbira għax dawn jaf jinbidlu. Fil-fatt hekk ġara lil Ġakbu, ħu Ġesù mill-omm. Hu ra lil Ġesù jikber, isir il-Messija, u jsir l-aqwa għalliem li qatt eżista. Minkejja dan, għal snin sħaħ, Ġakbu m’emminx f’Ġesù. Kien biss wara li Ġesù ġie rxoxtat li hu sar dixxiplu żeluż tiegħu!c (Ġw. 7:5; Gal. 2:9) Mela ibqaʼ pprietka lil uħud tal-familja u nies li jgħidu li mhumiex interessati. Taqtax qalbek minnhom! Ftakar, aħna qed ngħixu fl-aħħar jiem. Allura, ix-xogħol tal-ippritkar huwa urġenti. Dak li tgħidilhom illum jistaʼ jeffettwahom iktar tard, forsi anki meta jibda ż-żmien taʼ tbatija kbira.d

Oħt qed tagħmel l-istudju personali u ċċempel lil oħtha li mhux Xhud. Oħtha qed tagħmel ix-xirja mat-tifla żgħira tagħha.

X’jistaʼ jgħinna ma naqtgħux qalbna minn membri tal-familja li għadhom mhumiex Xhieda? (Ara paragrafu 15)f


IBQAʼ APPREZZA T-TFAKKIRIET TAʼ ĠEĦOVA

16. Kif ibbenefikajt mit-tfakkiriet taʼ Ġeħova? (Ara wkoll il-kaxxa “Uża Veritajiet tal-Bibbja Biex Tgħin lil Oħrajn.”)

16 Xi ikel spiritwali li l-organizzazzjoni tipprovdi hu għan-nies li jafu ftit dwar il-Bibbja. Pereżempju, it-taħditiet pubbliċi taʼ kull ġimgħa, ċerti artikli u vidjows fuq jw.org, u r-rivisti għall-pubbliku huma ddisinjati għal min mhuwiex Xhud. Minkejja dan, aħna xorta nibbenefikaw mit-tfakkiriet li jkun hemm fihom. Dawn ikabbru l-imħabba tagħna għal Ġeħova, isaħħulna l-fidi tagħna fil-Kelma t’Alla, u jgħinuna nkunu iktar kapaċi ngħallmu l-veritajiet tal-Bibbja lil oħrajn.—Slm. 19:7.

Uża Veritajiet tal-Bibbja Biex Tgħin lil Oħrajn

Meta taqra artikli, tara vidjows, jew tismaʼ taħditiet li ġew ippreparati għal uħud interessati, ara kif tistaʼ tuża xi punti minnhom biex tgħinhom. Tistaʼ ssaqsi lilek innifsek:

  • ‘Liema prova qed tintuża biex tikkonvinċi l-udjenza?’

  • ‘Hemm xi eżempju li nistaʼ nuża biex ngħallem din il-verità lil xi ħadd?’

  • ‘Dan is-suġġett lil min jaf jinteressa, u meta nistaʼ nitkellem mal-persuna dwar din il-verità?’

17. F’liema sitwazzjonijiet jaf ikun tajjeb niftakru dak li tgħallimna mill-Bibbja fil-bidu?

17 Aħna li ilna naqdu lil Ġeħova għal ħafna snin nieħdu gost meta nifhmu aħjar ċerti versi mill-Bibbja. Imma aħna xorta grati għat-tagħlim li tgħallimna fil-bidu u li għenna nersqu qrib Ġeħova. Kif tgħallimna, dawn il-veritajiet mill-Bibbja jistgħu jkomplu jgħinuna. Meta nirċievu direzzjoni mill-organizzazzjoni li nħossu li ma taqbilx ma’ dak li naħsbu, aħna b’umiltà rridu niftakru li Ġeħova, il-Ħallieq għaref u b’saħħtu, qed imexxi l-organizzazzjoni. Meta aħna jew xi ħadd li nħobbu jkun qed ibati, irridu nkunu paċenzjużi u niftakru għala Alla qed jippermetti t-tbatija. U meta niġu biex niddeċiedu kif se nużaw il-ħin u l-enerġija tagħna, irridu niftakru li qed ngħixu fl-aħħar jiem u m’għadx fadal ħafna żmien sakemm tispiċċa din is-sistema. Jalla t-tfakkiriet taʼ Ġeħova jkomplu jgħinuna nieħdu deċiżjonijiet tajbin u nibqgħu naqduh b’lealtà.

DAWN IL-VERITAJIET TAL-BIBBJA KIF JISTGĦU JKOMPLU JGĦINUK ILLUM?

  • Ġeħova hu l-Ħallieq

  • Alla għala jippermetti t-tbatija

  • Qed ngħixu “fl-aħħar jiem”

GĦANJA 95 Id-dawl qed jitqawwa

a Ara It-8 Rapport tal-2023 mill-Ġemgħa li Tiggverna.

b Ara l-artiklu “Għala t-Tbatija Kollha Se Tintemm Dalwaqt” f’​It-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Mejju 2007, pp. 21-25.

c Ara lezzjoni 8 tal-browxer L-Imħabba Tgħinek Tagħmel Dixxipli.

d Ara l-artiklu “X’Nafu Dwar Kif Ġeħova Ħa Jiġġudika lin-Nies fil-Futur?” f’​It-Torri tal-Għassa taʼ Mejju 2024, pp. 8-13.

e X’JURUNA L-ISTAMPI: Anzjan jagħmel suġġeriment waqt laqgħa tal-anzjani u l-anzjani l-oħra ma jaqblux. Iktar tard, hu jħares lejn sema mimlija stilel u jiftakar kemm Ġeħova hu għaref u b’saħħtu. L-anzjan jirrealizza li l-mod kif jaħseb Ġeħova hu aħjar mill-mod kif jaħseb hu.

f X’TURINA L-ISTAMPA: Waqt studju personali, oħt tistudja dwar provi li juru li qed ngħixu fl-aħħar jiem. Dan iġegħelha ċċempel lil oħtha u tagħtiha xhieda.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja