LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w15 9/15 pp. 21-26
  • Ġeħova b’liema modi jħobbna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġeħova b’liema modi jħobbna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ĠEĦOVA JĦOBB U HU ĠENERUŻ
  • ĠEĦOVA JGĦALLIMNA L-​VERITÀ
  • ĠEĦOVA JIGGWIDA U JIDDIXXIPLINA LIL ULIEDU
  • ĠEĦOVA JIPPROTEĠINA
  • UNUR KBIR
  • Kif nistgħu nuru li nħobbu lil Ġeħova?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Immedita fuq l-imħabba dejjiema taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ġeħova, Missierna, Iħobbna Ħafna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Kun Ċert li Ġeħova Jħobbok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
w15 9/15 pp. 21-26
Familja taħdem flimkien biex taħsad il-qamħirrum

Ġeħova b’liema modi jħobbna?

“Ara liema xorta taʼ mħabba tana l-​Missier.”—1 ĠWANNI 3:1.

GĦANJIET: 91, 13

TISTAʼ TISPJEGA?

  • Għala hu diffiċli għal xi wħud biex jifhmu li Ġeħova jħobbhom?

  • Ġeħova kif juri mħabbtu lejna fil-​mod kif jieħu ħsieb il-​bżonnijiet tagħna u jgħallimna l-​verità?

  • Għala nħossuna maħbubin minn Ġeħova meta jiggwidana u jiddixxiplinana?

1. L-​appostlu Ġwanni dwar xiex inkuraġġiena biex naħsbu, u għala?

L-​APPOSTLU Ġwanni inkuraġġiena biex naħsbu sew dwar il-​ħafna mħabba li Ġeħova għandu għalina. Fl-​1 Ġwanni 3:1 naqraw: “Ara liema xorta taʼ mħabba tana l-​Missier”! Meta nimmeditaw dwar kemm Ġeħova jħobbna u kif juri l-​imħabba li għandu għalina, aħna nersqu eqreb lejh u aħna nħobbuh saħansitra iktar.

2. Għala hu diffiċli għal xi wħud biex jifhmu li Alla jħobbhom?

2 B’dispjaċir, xi wħud ma jifhmux kemm Alla jistaʼ jħobbhom. Huma jaħsbu li Alla ma jimpurtahx min-​nies. Huma forsi jemmnu li kulma jagħmel Alla hu li jagħmel regoli u jikkastiga lil dawk li ma jobduhx. Minħabba tagħlim falz, xi wħud saħansitra jaħsbu li Alla hu kattiv u li hu impossibbli li tħobbu. Oħrajn iħossu li Alla jħobb lin-​nies kollha jagħmlu x’jagħmlu. Imma l-​istudju tiegħek tal-​Bibbja għenek issir taf il-​verità dwar Ġeħova. Int taf li l-​imħabba hi l-​ikbar kwalità tiegħu u li hu bagħat ’l Ibnu bħala fidwa għalik. (Ġwanni 3:16; 1 Ġwanni 4:8) Madankollu, peress li kellek ċerti esperjenzi f’ħajtek, jistaʼ jkun diffiċli għalik biex tifhem kemm Ġeħova jħobbok.

3. X’se jgħinna nifhmu l-​imħabba li għandu Ġeħova għalina?

3 Sabiex nifhmu l-​imħabba li għandu Ġeħova għalina, l-​ewwel irridu nifhmu li Ġeħova hu l-​wieħed li għamilna. Hu tana l-​ħajja. (Aqra Salm 100:3-​5.) Huwa għalhekk li l-​Bibbja tiddeskrivi l-​ewwel bniedem bħala “bin Alla.” (Luqa 3:38) U Ġesù għallimna nsejħu lil Ġeħova “Missierna fis-​smewwiet.” (Mattew 6:9) Allura Ġeħova hu Missierna, u hu jħobbna bl-​istess mod bħalma missier tajjeb iħobb lil uliedu.

4. (a) X’tip taʼ Missier hu Ġeħova? (b) X’se niddiskutu f’dan l-​artiklu u li jmiss?

4 Hu diffiċli għal xi wħud biex jaħsbu f’missier bħala wieħed li jħobb. Forsi għandhom memorji koroh taʼ tfulithom għax missierhom ittrattahom bi krudeltà. Ġeħova qatt ma jagħmel dan lil uliedu. Hu l-​aqwa Missier li jistaʼ jkollna. (Salm 27:10) Hu jħobbna ħafna u jieħu ħsiebna b’ħafna u ħafna modi. Iktar ma nħossuna maħbubin minn Ġeħova, iktar se nħobbuh. (Ġakbu 4:8) F’dan l-​artiklu, se niddiskutu erbaʼ modi kif Ġeħova juri l-​imħabba li għandu għalina. U fl-​artiklu li jmiss, se naraw erbaʼ modi kif nistgħu nuru l-​imħabba tagħna lejh.

ĠEĦOVA JĦOBB U HU ĠENERUŻ

5. Alla x’jagħti lin-​nies kollha?

5 Meta l-​appostlu Pawlu kien f’Ateni, il-​Greċja, innota li kien hemm ħafna idoli u li n-​nies kienu jemmnu li l-​allat tagħhom kienu qed jagħtuhom il-​ħajja. Allura tkellem dwar “l-​Alla li għamel id-​dinja u kulma fiha.” Hu qal li Alla jagħti “lil kulħadd il-​ħajja u n-​nifs u kollox” u li “bih ngħixu u niċċaqalqu u neżistu.” (Atti 17:24, 25, 28) Ġeħova jagħtina kulma għandna bżonn biex ngħixu u biex nieħdu pjaċir bil-​ħajja. Aħseb dwar xi ftit mill-​affarijiet li tana minħabba li jħobbna.

6. X’tip taʼ post tana Ġeħova? (Ara l-​ewwel stampa.)

6 Pereżempju, Ġeħova pprepara post mill-​isbaħ għalina. (Salm 115:15, 16) Mill-​pjaneti kollha li ħalaq, l-​art tidher li hi unika. Ix-​xjenzjati esploraw l-​ispazju u skoprew ħafna pjaneti, imma għadhom ma jistgħux isibu pjaneta oħra fejn il-​bnedmin ikollhom kulma għandhom bżonn biex jgħixu. Ġeħova mhux biss tana l-​ħajja, imma għamel ukoll l-​art sabiħa, komda, u post bla periklu fejn aħna nistgħu nieħdu pjaċir bil-​ħajja. (Isaija 45:18) Meta naħsbu dwar il-​post li tana Missierna, Ġeħova, aħna verament inħossu kemm għandu mħabba għalina.—Aqra Ġob 38:4, 7; Salm 8:3-5.

7. Il-​mod kif Ġeħova ħalaqna, kif jurina li hu verament iħobbna?

7 Mod ieħor kif Ġeħova wera li jħobbna hu billi ħalaqna bl-​abbiltà li nimitawh. (Ġenesi 1:27) Dan ifisser li nistgħu nħossu l-​imħabba li għandu għalina u mbagħad nuru l-​imħabba tagħna lejh. Hu jaf li huwa dan li jagħmilna ferħanin verament. Wara kollox, l-​ulied ikunu l-​iktar ferħanin meta jħossu li l-​ġenituri tagħhom iħobbuhom. U ftakar, Ġesù għallimna li se nkunu ferħanin jekk inkunu qrib taʼ Missierna, Ġeħova. (Mattew 5:3) Hu ‘jagħtina kollox għat-​tgawdija tagħna.’ B’mod ċar, hu ġeneruż ħafna u hu jħobbna ħafna.—1 Timotju 6:17; Salm 145:16.

ĠEĦOVA JGĦALLIMNA L-​VERITÀ

8. Għala rridu lil Ġeħova jgħallimna?

8 Il-​missirijiet iħobbu lil uliedhom u ma jriduhomx li jiġu mqarrqin jew żvijati. Imma ħafna ġenituri llum ma jaċċettawx il-​livelli tal-​Bibbja taʼ x’inhu tajjeb jew ħażin. Allura ma jistgħux jiggwidaw lit-​tfal tagħhom sew. Spiss dan jirriżulta fi dwejjaq u konfużjoni fil-​familja. (Proverbji 14:12) Madankollu, Ġeħova jagħti lil uliedu l-​aqwa gwida għax hu “l-​Alla tal-​verità.” (Salm 31:5) Hu jieħu pjaċir jgħallimna l-​verità dwaru. Ukoll jgħallimna kif għandna nqimuh u jurina l-​aqwa mod kif għandna ngħixu. (Aqra Salm 43:3.) Allura, x’għallimna Ġeħova li juri kemm iħobbna?

Missier Kristjan jistudja l-Bibbja mal-familja tiegħu

Missirijiet Kristjani jimitaw lil Ġeħova billi jgħallmu lil uliedhom il-verità u jgħinuhom ikollhom relazzjoni maʼ Missierhom tas-sema (Ara paragrafi 8-10)

9, 10. (a) Ġeħova għala jgħidilna dwaru nnifsu? (b) X’jgħallimna dwar l-​iskop li għandu għalina?

9 L-​ewwel u qabel kollox, Ġeħova jgħidilna dwaru nnifsu. Hu jrid li nsiru nafuh. (Ġakbu 4:8) Allura jgħidilna x’jismu. Fil-​fatt, il-​Bibbja ssemmi ismu iktar minn kwalunkwe isem ieħor. Ġeħova jgħidilna wkoll x’tip taʼ Persuna hu. Meta naraw l-​affarijiet li ħalaq, nitgħallmu li għandu l-​qawwa u l-​għerf. (Rumani 1:20) U meta naqraw il-​Bibbja, nitgħallmu kemm hu ġust u kemm iħobbna. Hekk kif insiru nafu l-​personalità mill-​isbaħ taʼ Ġeħova, aħna nħossuna eqreb tiegħu.

Hekk kif insiru nafu l-​personalità mill-​isbaħ taʼ Ġeħova, aħna nħossuna eqreb tiegħu

10 Ġeħova jgħallimna wkoll x’inhu l-​iskop tiegħu. Hu jgħidilna li aħna parti mill-​familja tiegħu. Barra minn hekk, jispjega dak li jistenna minna ħalli nkunu nistgħu naħdmu f’unita u fil-​paċi maʼ kull membru tal-​familja tiegħu. Il-​Bibbja turi b’mod ċar li Alla ma ħalaqniex bid-​dritt li niddeċiedu għalina nfusna dwar x’inhu tajjeb jew ħażin. (Ġeremija 10:23) Ġeħova jaf x’inhu l-​aħjar għalina. Huwa biss jekk naċċettaw l-​awtorità tiegħu u nobduh li jistaʼ jkollna ħajja mimlija paċi u sodisfazzjon. Ġeħova għallimna din il-​verità importanti għax iħobbna.

11. Missierna kollu mħabba x’għallimna dwar il-​futur?

11 Missier li jħobb jaħseb sew dwar il-​futur taʼ wliedu. Hu jrid li jkollhom ħajja sodisfaċenti. B’dispjaċir, il-​maġġorparti tan-​nies illum jinkwetaw dwar il-​futur, u ħafna nies jaħlu ħajjithom billi jaħdmu għal affarijiet temporanji. (Salm 90:10) Kemm aħna grati li Missierna, Ġeħova, mhux biss għallimna kif ngħixu ħajja sodisfaċenti issa imma wkoll wegħedna futur mill-​isbaħ!

ĠEĦOVA JIGGWIDA U JIDDIXXIPLINA LIL ULIEDU

12. Ġeħova kif ipprova jgħin lil Kajjin u Baruk?

12 Meta Ġeħova ra li Kajjin kien lest li jagħmel xi ħaġa ħażina ħafna, hu pprova jgħin lil Kajjin billi saqsieh: “Għala int mgħaddab għall-​aħħar u qarrast wiċċek? Jekk iddur biex tagħmel it-​tajjeb, ma tiġix milqugħ?” (Ġenesi 4:6, 7) Kajjin irrifjuta l-​għajnuna taʼ Ġeħova, u b’hekk bata l-​konsegwenzi. (Ġenesi 4:11-​13) Darb’oħra, Ġeħova nnota l-​attitudni ħażina taʼ Baruk li kienet qed tagħmlu għajjien u skuraġġit. Allura Ġeħova qal lil Baruk li l-​irraġunar tiegħu kien ħażin u li hu kellu bżonn jinbidel. Baruk semaʼ mill-​parir taʼ Ġeħova, u b’hekk ġie salvat.—Ġeremija 45:2-​5.

13. Il-​qaddejja leali taʼ Ġeħova x’tgħallmu mill-​provi?

13 Ġeħova jiggwidana u jiddixxiplinana għax iħobbna. Hu mhux biss jikkoreġina meta jkun neċessarju, imma jħarriġna wkoll. (Ebrej 12:6) Fil-​Bibbja, naqraw dwar qaddejja leali li ġew imħarrġin minn Ġeħova biex isiru nies aħjar. Pereżempju, Ġużeppi, Mosè, u David għaddew minn żminijiet diffiċli ħafna. Matul il-​provi, Ġeħova kien magħhom. U l-​affarijiet li tgħallmu matul dawn il-​provi għenuhom meta Ġeħova tahom responsabbiltajiet akbar. Meta naqraw fil-​Bibbja kif Ġeħova jappoġġa u jħarreġ lin-​nies tiegħu, inħossuna li Ġeħova verament iħobbna.—Aqra Proverbji 3:11, 12.

14. Jekk nagħmlu xi ħaġa ħażina, Ġeħova kif juri li jħobbna?

14 Anki meta nagħmlu xi ħaġa ħażina, Ġeħova jkompli juri li jħobbna. Jekk naċċettaw id-​dixxiplina tiegħu u nindmu, hu se jaħfrilna “bil-​kbir.” (Isaija 55:7) Dan xi jfisser? Il-​kliem taʼ David dwar il-​maħfra taʼ Ġeħova jurina kemm għandna Missier ħanin: “Hu li qed jaħfirlek l-​iżbalji kollha, li qed ifejqek mill-​mard kollu tiegħek, li qed isalvalek ħajtek mill-​ħofra, li qed jinkurunak bil-​qalb tajba bl-​imħabba u l-​ħniniet tiegħu. Daqskemm tlugħ ix-​xemx huwa ’l bogħod minn inżulha, daqshekk biegħed minna nuqqasijietna.” (Salm 103:3, 4, 12) Ġeħova jiddixxiplinana u jiggwidana b’modi differenti. Int ħafif biex tagħmel bidliet? Dejjem ftakar li Ġeħova jiddixxiplinana għax iħobbna.—Salm 30:5.

ĠEĦOVA JIPPROTEĠINA

15. X’inhu mod ieħor kif Ġeħova juri li jħobbna?

15 Missier li jħobb jipproteġi lill-​familja tiegħu mill-​periklu. Hekk jagħmel għalina Missierna, Ġeħova. Is-​salmista jgħid dwar Ġeħova: “Hu qed iħares ruħ il-​leali tiegħu; minn id dawk mill-​agħar jeħlishom.” (Salm 97:10) Aħseb dwar dan: Bħalma tkun ħafif biex tipproteġi lil għajnejk għax huma prezzjużi għalik, hekk ukoll Ġeħova hu ħafif biex jipproteġi lin-​nies tiegħu għax huma prezzjużi għalih.—Aqra Żakkarija 2:8.

Ġeħova hu ħafif biex jipproteġi lin-​nies tiegħu għax huma prezzjużi għalih

16, 17. Ġeħova kif ipproteġa lin-​nies tiegħu fil-​passat u fi żmienna?

16 Mod minnhom kif Ġeħova jipproteġi lin-​nies tiegħu, kemm fil-​passat u kemm fi żmienna, hu permezz tal-​anġli tiegħu. (Salm 91:11) Anġlu wieħed qatel 185,000 suldat Assirjan f’lejla waħda u salva lin-​nies t’Alla. (2 Slaten 19:35) Fl-​ewwel seklu, xi anġli salvaw lil Pietru, Pawlu u oħrajn mill-​ħabs. (Atti 5:18-​20; 12:6-​11) Dan l-​aħħar, kien hemm gwerra kiefra f’wieħed mill-​pajjiżi tal-​Afrika. Il-​pajjiż kien f’kaos għax in-​nies kienu qed jiġġieldu, jisirqu, jistupraw, u joqtlu. Għalkemm ħadd mill-​aħwa ma miet, ħafna tilfu kulma kellhom. Imma kollha ħassew l-​imħabba taʼ Ġeħova u kienu jafu li kien qed jieħu ħsiebhom. Minkejja dak kollu li sofrew, xorta kienu ferħanin. Meta rappreżentant tal-​kwartieri ġenerali mar għand l-​aħwa rġiel u nisa u saqsiehom kif kienu, huma qalu, “Kollox sew, grazzi għal Ġeħova!”

17 Ovvjament, xi qaddejja taʼ Ġeħova, bħad-​dixxiplu Stiefnu u oħrajn bħalu, inqatlu minħabba li kienu leali. Ġeħova mhux dejjem iwaqqaf dan milli jiġri. Imma lin-​nies tiegħu jipproteġihom bħala grupp billi jwissihom dwar il-​modi differenti li Satana jipprova jqarraq bihom. (Efesin 6:10-​12) Aħna nsibu dawn it-​twissijiet fil-​Bibbja u l-​pubblikazzjonijiet tal-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova. Pereżempju, nitgħallmu biex ma nużawx ħażin l-​Internet, biex ma nħobbux il-​flus, u biex nevitaw films, kotba, jew logħob immorali u vjolenti għax dawn huma taʼ periklu għalina. B’mod ċar, Ġeħova jħobbna u jrid jipproteġina.

UNUR KBIR

18. Kif tħossok dwar l-​imħabba li għandu Ġeħova għalik?

18 Meta Mosè ħaseb dwar is-​snin kollha li kien ilu jaqdi lil Ġeħova, hu kien konvint li Ġeħova kien iħobbu. Mosè qal: “Issodisfana fil-​għodu bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek, sabiex ngħajtu bil-​ferħ u nithennew matul jiemna kollha.” (Salm 90:14) Aħna mberkin li nkunu nistgħu nifhmu u nħossu l-​imħabba taʼ Ġeħova għalina. X’unur kbir hu li nkunu maħbubin minn Ġeħova! Aħna nħossuna bħall-​appostlu Ġwanni, li qal: “Ara liema xorta taʼ mħabba tana l-​Missier”!—1 Ġwanni 3:1.

XI ESPRESSJONIJIET SPJEGATI

  • Ġeħova jħobbna: Ġeħova jħoss affezzjoni għalina għax aħna wliedu. U hu għamel ħafna affarijiet għal familja tiegħu biex jurihom kemm iħobbhom

  • Ġeħova jiddixxiplinana: Ġeħova jgħallimna, jiggwidana, u jikkoreġina. Hu jgħinna nagħmlu dak li hu sew. Jekk Ġeħova jara xi ħaġa fina li għandna bżonn inbiddlu, hu jwissina u jgħinna naraw dak li għandna nagħmlu biex nibqgħu qrib tiegħu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja