LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwex artiklu 16
  • Alla Jwieġeb it-Talb taʼ Mara Nieqsa mid-Dawl

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla Jwieġeb it-Talb taʼ Mara Nieqsa mid-Dawl
  • Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Materjal Simili
  • Tikek li Jbiddlu l-​Ħajjiet
    Kif Jintużaw id-Donazzjonijiet Tiegħek?
  • Għin lil dawk għomja jitgħallmu dwar Ġeħova
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • Il-ħajja mingħajr il-vista
    Stenbaħ!—2015
Esperjenzi tax-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwex artiklu 16
Oħt qed tgħin lill-mara nieqsa mid-dawl biex taqsam it-triq.

Alla Jwieġeb it-​Talb taʼ Mara Nieqsa mid-​Dawl

Yanmei, oħt mill-​Asja, offriet li tgħin lil mara nieqsa mid-​dawl jisimha Mingjie biex taqsam it-​triq.a Il-​mara qalet lill-​oħt: “Grazzi, jalla Alla jkun jafhulek!” Imbagħad, Yanmei staqsietha jekk tixtieqx li jiltaqgħu u jiddiskutu l-​Bibbja flimkien. Mingjie mbagħad qaltilha li hi kienet qed titlob kuljum biex Alla juriha liema hi l-​vera reliġjon. Għala kienet qed titlob dwar dan?

Mingjie spjegat lill-​oħt li fl-​2008, hi kienet ġiet mistiedna minn ħabiba, li hi wkoll nieqsa mid-​dawl, biex tmur il-​knisja li kienet tgħin lill-​persuni b’diżabilità. Wara l-​quddies, Mingjie staqsiet lill-​qassis minn liema ktieb kien qed jaqra. Hu qalilha li kien qed jaqra mill-​Bibbja, il-​Kelma t’Alla. Dan ħajjarha tkun trid taqraha. Hi rnexxielha tiddobba Bibbja bil-​Braille bil-​lingwa Ċiniża. Din kien fiha 32 volum, u hi rnexxielha taqrahom f’madwar sitt xhur. Hekk kif Mingjie kompliet taqra l-​Bibbja, waħedha ndunat li d-​duttrina tat-​Trinità li kienet tgħallmet ma kinitx fil-​Bibbja u li Alla għandu isem, Ġeħova.

Barra minn hekk, Mingjie kienet vera diżappuntata mill-​mod kif kienu qed iġibu ruħhom il-​membri tar-​reliġjon. Hi kienet qed tinduna li huma ma kinux qed jgħixu skont dak li tgħid il-​Bibbja. Pereżempju, huma kienu qed jagħtu l-​ikel frisk lil dawk li jaraw u żżejjed li kien jibqgħalhom jagħtuh lil dawk neqsin mid-​dawl. Dan vera weġġagħha lil Mingjie, tant li bdiet tfittex reliġjonijiet oħra. Kien għalhekk li qalet lill-​oħt li kienet qed titlob biex issib ir-​reliġjon vera.

Minħabba l-​għajnuna li tatha Yanmei, Mingjie aċċettat li tistudja l-​Bibbja magħha u iktar tard marret għall-​ewwel laqgħa tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Hi tgħid: “Qatt mhu se ninsa l-​ewwel darba li mort. Kulħadd ġie jilqagħni mill-​qalb. Dan vera messli qalbi għax għalkemm jiena nieqsa mid-​dawl, ħassejtni maħbuba.”

Mingjie bdiet tagħmel progress u bdiet tattendi l-​laqgħat b’mod regolari. Hi vera kienet tieħu pjaċir tkanta l-​għanjiet. Imma dan ma kienx faċli għaliha għax il-​ktieb tal-​għanjiet ma kienx bil-​Braille li kienet taf taqra hi. Għalhekk, bl-​għajnuna tal-​aħwa, irnexxielha tagħmel il-​ktieb tal-​għanjiet tagħha. Hi ħadet 22 siegħa biex qalbet 151 għanja għall-​Braille! F’April tal-​2018, Mingjie bdiet toħroġ fuq is-​service u wara ftit bdiet tqattaʼ mat-​30 siegħa fix-​xahar tipprietka.

Affarijiet li ġieli jintużaw biex taqleb ktieb għal Braille.

Hemm ħafna xogħol biex taqleb ktieb għall-Braille

Biex tgħin lil Mingjie tasal għall-​magħmudija, Yanmei għamlet rekording bl-​awdjo tal-​mistoqsijiet u l-​versi mill-​Bibbja tal-​ktieb Organizzati biex nagħmlu r-​rieda ta’ Ġeħova. F’Lulju tal-​2018, Mingjie tgħammdet. Hi tgħid: “L-​imħabba li wrewni l-​aħwa f’dik il-​konvenzjoni vera messitli qalbi. Tant kont ferħana li sibt ir-​reliġjon vera, li bdejt nibki.” (Ġwanni 13:34, 35) Issa, Mingjie tixtieq li turi m’oħrajn l-​istess imħabba li rċeviet hi. Għalhekk, ix-​xogħol full-​time tagħha hu l-​ippritkar.

a L-​ismijiet ġew mibdulin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja