LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwyp artiklu 10
  • X’hemm Bżonn Inkun Naf Dwar Li Nibgħat il-Messaġġi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’hemm Bżonn Inkun Naf Dwar Li Nibgħat il-Messaġġi?
  • Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Lil min tibgħat
  • Dak li tikteb fil-messaġġi
  • Meta tibgħat
  • Suġġerimenti għal meta tibgħat il-messaġġi
  • Kif turi manjieri tajbin meta tibgħat jew tirċievi messaġġi
    Stenbaħ!—2014
  • Ħbiberija jew relazzjoni romantika?—L-1 parti: X’messaġġ qed nirċievi?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Ħbiberija jew relazzjoni romantika?—It-2 parti: X’messaġġ qed inwassal?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Werrej
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
ijwyp artiklu 10

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTAQSU

X’hemm Bżonn Inkun Naf Dwar Li Nibgħat il-Messaġġi?

  • :-) Meta jintużaw b’għaqal, il-messaġġi huma mod tajjeb kif iżżomm kuntatt.

  • :-( Meta jintużaw b’nuqqas t’għaqal, jistgħu jħassru l-ħbiberiji​—u r-reputazzjoni tiegħek.

Dan l-artiklu se jgħidlek x’għandek bżonn tkun taf dwar:

  • Lil min tibgħat

  • Dak li tikteb fil-messaġġi

  • Meta tibgħat

F’dan l-artiklu se ssib ukoll:

  • Suġġerimenti għal meta tibgħat il-messaġġi

  • Kwizz dwar li tibgħat il-messaġġi

Lil min tibgħat

Ħafna żgħażagħ iqisu l-messaġġi bħala mezz taʼ komunikazzjoni li ma joqogħdux mingħajru. Il-messaġġi jippermettulek iżżomm kuntatt maʼ kwalunkwe persuna fil-lista tal-kuntatti tiegħek​—sakemm ma joġġezzjonawx il-ġenituri.

“Missieri ma jiħux pjaċir meta jien u oħti noqogħdu nitkellmu mas-subien. Iħallina nkellmuhom fuq it-telefown tad-dar fil-kamra tas-salott, waqt li jkun hemm xi ħaddieħor preżenti.”​—Lenore.

Dak li għandek bżonn tkun taf: Jekk taqbad u tagħti n-numru tiegħek lil ħaddieħor bl-addoċċ, tistaʼ tiġi fl-inkwiet.

“Jekk ma toqgħodx attent dwar min ikollu n-numru tiegħek, x’aktarx se tirċievi messaġġi jew stampi li ma tridx.”​—Scott.

“Jekk b’mod regulari tibgħat messaġġi lil membru tas-sess oppost, malajr tistaʼ tifforma rabta emozzjonali maʼ dik il-persuna.”​—Steven.

Il-Bibbja tgħid: “Min hu prudenti jara l-gwaj u jinħeba.” (Proverbji 22:3) Billi tieħu ftit prekawzjonijiet tistaʼ tiskansa ħafna inkwiet.

Storja vera: “Jien u ġuvni konna ħbieb u konna nibagħtu ħafna messaġġi lil xulxin. Jiena rraġunajt li sempliċement konna ħbieb sew. Ma ħsibtx li kienet problema sakemm hu qalli li kien żviluppa sentimenti romantiċi lejja. Meta nħares lura nara li ma messnix qattajt daqshekk ħin miegħu jew bgħattlu daqshekk messaġġi.”​—Melinda.

Ikkunsidra: Ir-relazzjoni taʼ Melinda maʼ dan il-ġuvni kif taħseb li ġiet effettwata wara li ammetta kif ħassu dwarha?

Biddel l-istorja! Melinda x’setgħet għamlet differenti ħalli hi u dan il-ġuvni kienu jibqgħu ħbieb u xejn iktar?

Dak li tikteb fil-messaġġi

Tant hu faċli tibgħat messaġġi u tieħu pjaċir tirċivihom li faċilment tinsa li n-nies jistgħu jinterpretaw ħażin dak li tikteb.

Dak li għandek bżonn tkun taf: Kliem li jintbagħat permezz tal-messaġġi jistaʼ jiġi interpretat ħażin.

“Bil-messaġġi ma tkunx taf x’inhuma l-emozzjonijiet jew it-ton tal-leħen​—anke jekk tuża smileys jew simboli oħra. Jistgħu jikkaġunaw nuqqas taʼ ftehim.”​—Briana.

“Naf tfajliet li ħassru r-reputazzjoni tagħhom u li huma magħrufin bħala flirts minħabba dak li bagħtu fil-messaġġi lis-subien.​—Laura.

Il-Bibbja tgħid: “It-tajjeb jaħseb x’iwieġeb.” (Proverbji 15:​28, Saydon) X’inhi l-lezzjoni? Erġaʼ aqra l-messaġġ tiegħek qabel ma tibagħtu!

Meta tibgħat

Jekk tuża s-sens komun tistaʼ tiżviluppa r-regoli tiegħek stess meta tiġi biex tibgħat il-messaġġi​—l-etikett f’li tibgħat il-messaġġi, kif isejħulu xi nies.

Dak li għandek bżonn tkun taf: Jekk ma toqgħodx attent għall-manjieri tiegħek int u tibgħat, tistaʼ tagħti l-impressjoni li int persuna maledukata u li l-ħbieb timbottahom minflok ma tiġbidhom lejk.

“Faċli tinsa l-etikett f’li tibgħat il-messaġġi. Insib ruħi f’konversazzjoni maʼ xi ħadd jew mal-mejda tal-ikel, u fl-istess ħin nibgħat il-messaġġi.”​—Allison.

“Hu perikoluż li tibgħat il-messaġġi waqt li tkun qed issuq. Jekk taqlaʼ għajnejk minn fuq it-triq, tkun qed tissogra li jkollok inċident.”​—Anne.

Il-Bibbja tgħid: “Għal kollox hemm żmien stabbilit, . . . żmien li toqgħod kwiet u żmien li titkellem.” (Ekkleżjasti 3:1, 7) Bħalma dan il-parir japplika għal meta titkellem, japplika wkoll għal meta tibgħat il-messaġġi!

Suġġerimenti għal meta tibgħat il-messaġġi

Lil min tibgħat

  • ;-) Obdi r-regoli tal-ġenituri.—Kolossin 3:20.

  • ;-)Kun selettiv dwar lil min tagħti n-numru tiegħek. Meta b’edukazzjoni tirrifjuta li tagħti informazzjoni privata​—inkluż in-numru tal-mowbajl tiegħek​—tkun qed tiżviluppa abbiltà li teħtieġ meta tkun adult.

  • ;-) Tagħtix kunfidenza żejda billi tifflertja bil-messaġġi. Jekk jiżviluppaw sentimenti romantiċi, tkun qed iġġib b’idejk il-frustrazzjoni u l-qsim taʼ qalb.

“Bnejt reputazzjoni tajba mal-ġenituri tiegħi fejn jidħol l-użu tal-mowbajl, u għalhekk għandhom fiduċja li se nieħu deċiżjonijiet għaqlin dwar lil min inżid fil-lista tal-kuntatti tiegħi.”​—Briana.

Dak li tikteb fil-messaġġi

  • ;-) Qabel ma tibda tikteb il-messaġġ tiegħek, staqsi lilek innifsek, ‘F’din is-sitwazzjoni, messaġġ ikun l-aħjar mezz taʼ komunikazzjoni?’ Jistaʼ jkun aħjar li tagħmel telefonata jew tistenna sa ma tkellem lill-persuna wiċċ imb wiċċ.

  • ;-) Tikteb xejn f’messaġġ li kieku ma tgħidx f’wiċċ dak li jkun. “Jekk ma jmessux jintqal bil-kliem, mela ma jmessux jintbagħat b’messaġġ,” tgħid Sarah li għandha 23 sena.

“Jekk xi ħadd jibgħatlek stampi provokattivi, għid lill-ġenituri tiegħek. Dan se jservi taʼ protezzjoni u se jibni l-fiduċja tal-ġenituri tiegħek fik.”​—Sirvan.

Meta tibgħat

  • ;-) Iddeċiedi minn qabel meta m’intix se tħalli lilek innifsek tuża l-mowbajl. Tfajla jisimha Olivia tgħid, “Meta nkun qed niekol jew nistudja, ma nżommx il-mowbajl ħdejja. Matul il-laqgħat Kristjani nitfih ħalli ma tiġinix il-ħajra nittawwallu.”

  • ;-) Aħseb f’ħaddieħor. (Filippin 2:4) Tibgħatx messaġġi meta tkun qed titkellem maʼ xi ħadd wiċċ imb wiċċ.

“Għamilt ċerti regoli għalija nnifsi, bħal pereżempju li ma nibgħatx messaġġi meta nkun maʼ grupp taʼ ħbieb, sakemm ma jkunx għall-bżonn. Ukoll, ma nagħtix in-numru tiegħi lin-nies, sakemm ma nkunx diġà ħbieb magħhom.”​—Janelly.

Kwizz dwar li tibgħat il-messaġġi

L-1 sitwazzjoni

Ilek toħroġ maʼ xi ħadd għal sitt xhur, imma issa tirrealizza li int u l-persuna l-oħra m’intomx tajbin għal xulxin. Liema messaġġ taħseb li jkun l-aħjar li tibgħat?

  1. “Jien u int daqshekk.”

  2. “Għandna bżonn nitkellmu. Meta nistgħu niltaqgħu?”

It-tweġiba korretta: B. Sakemm iċ-ċirkustanzi jippermettu, ikun aħjar jekk tiddiskuti l-kwistjoni serja taʼ li tinfirdu wiċċ imb wiċċ.​—Luqa 6:31.

It-2 sitwazzjoni

Tirċievi messaġġ li fih ritratt ħamallu taʼ xi ħadd li taf. X’inhi l-aħjar ħaġa li tagħmel?

  1. Tħassar il-messaġġ mill-ewwel.

  2. Tibgħat ir-ritratt lil sħabek kollha.

It-tweġiba korretta: A. Is-“sexting,” jiġifieri meta jintbagħtu messaġġi sesswali, inaqqas id-dinjità taʼ kull min ikun involut. Irrifjuta li tkun parti minnu!—Efesin 5:3, 4.

It-3 sitwazzjoni

Qed tiekol mal-familja u jdoqqlok il-mowbajl għax daħallek messaġġ. X’inhi l-aħjar ħaġa li tagħmel?

  1. Taqra l-messaġġ u tassumi li l-familja tiegħek se tagħlaq għajn waħda għall-interruzzjoni.

  2. Tistenna sa wara l-ikel biex taqra l-messaġġ.

It-tweġiba korretta: B. Il-messaġġ jistaʼ jistenna. Poġġi l-familja l-ewwel.​—Filippin 1:10.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja