LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwfq artiklu 23
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jmorrux għall-Gwerra?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jmorrux għall-Gwerra?
  • Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Taʼ għajnuna għall-komunità
  • “M’Huma Ebda Parti mid-Dinja”
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • Għala x-Xhieda taʼ Ġeħova Ma Jmorrux għall-Gwerra?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • “M’Huma Ebda Parti mid-Dinja”
    Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Alla u Ċesri
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
ijwfq artiklu 23
Suldati qed jisparaw fi gwerra.

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Għala Ma Jmorrux għall-Gwerra?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova ma jmorrux għall-gwerra għar-raġunijiet li ġejjin:

  1. Nobdu lil Alla. Il-Bibbja tgħid li l-qaddejja t’Alla kienu se “jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet” u “ma jitħarrġux iktar għall-gwerra.”—Isaija 2:4.

  2. Nobdu lil Ġesù. Lill-appostlu Pietru, Ġesù qallu: “Erġaʼ daħħal sejfek f’postu, għax kulmin jaqbad is-sejf, bis-sejf jinqered.” (Mattew 26:52) B’hekk, Ġesù wera li s-segwaċi tiegħu ma kinux se jaqbdu armi biex jiġġieldu.

    Id-dixxipli taʼ Ġesù jobdu l-kmand tiegħu biex ma jkunux “parti mid-dinja” billi jibqgħu newtrali għalkollox fi kwistjonijiet politiċi. (Ġwanni 17:16) Huma ma jipprotestawx kontra azzjonijiet militari jew jindaħlu lil min jagħżel li jaqdi fil-forzi armati.

  3. Inħobbu lil oħrajn. Ġesù kkmanda lid-dixxipli tiegħu biex ‘iħobbu lil xulxin.’ (Ġwanni 13:34, 35) Huma b’hekk kienu se jifformaw fratellanza internazzjonali li fiha ħadd qatt ma kien se jiggwerra kontra ħuh jew oħtu.—1 Ġwanni 3:10-12.

  4. Nimxu fuq l-eżempju tal-Kristjani tal-bidu. L-Encyclopedia of Religion and War tgħid: “Is-segwaċi tal-bidu taʼ Ġesù rrifjutaw li jmorru għall-gwerra u jieħdu sehem f’servizz militari,” għax irrikonoxxew li dawn il-prattiki kienu “inkompatibbli mal-prinċipju taʼ mħabba taʼ Ġesù u mal-kmand biex inħobbu lill-għedewwa tagħna.” B’mod simili, rigward dawk il-Kristjani tal-bidu, it-teologu Ġermaniż Peter Meinhold qal: “Kien meqjus bħala inkompatibbli li wieħed ikun Kristjan u suldat fl-istess ħin.”

Taʼ għajnuna għall-komunità

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova huma membri utli għas-soċjetà u mhuma taʼ ebda theddida għas-sigurtà tal-pajjiżi fejn jgħixu. Aħna nirrispettaw l-awtorità governattiva fi qbil maʼ dawn il-kmandi tal-Bibbja:

  • “Kunu sottomessi lejn l-awtoritajiet superjuri.’—Rumani 13:1.

  • “Għalhekk, agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari, imma lil Alla dak li hu t’Alla.”—Mattew 22:21.

B’hekk, aħna nobdu l-liġi, inħallsu t-taxxi, u nikkooperaw mal-isforzi tal-gvern biex jipprovdi benefiċċji għall-pubbliku.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja