LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 136
  • Hi Marija omm Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hi Marija omm Alla?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Dak li Nistgħu Nitgħallmu mill-Eżempju taʼ Marija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • “Ara! L-Ilsira ta’ Ġeħova!”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Il-Ħames Ħrafa: Marija Hi Omm Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Hija Marija “Omm Alla”?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 136
Marija żżomm lil Ġesù tarbija

Hi Marija omm Alla?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Le, il-​Bibbja ma tgħallimx li Marija hi omm Alla, u lanqas ma tgħid li l-​Kristjani għandhom iqimu jew jaduraw lil Marija.a Ikkunsidra dan:

  • Marija qatt ma qalet li hi kienet omm Alla. Il-​Bibbja tispjega li hi welldet “l-​Iben taʼ Alla,” u mhux lil Alla nnifsu.—Marku 1:1, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija; Luqa 1:32.

  • Ġesù Kristu qatt ma qal li Marija kienet omm Alla jew li kellha tingħata xi devozzjoni speċjali. Fil-​fatt, meta waħda mara tat attenzjoni speċjali lill-​irwol taʼ ferħ taʼ Marija bħala omm Ġesù, hu kkoreġieha billi qal: “Le, pjuttost, henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”—Luqa 11:27, 28.

  • It-​termini “Omm Alla” u “Teotokos” (dik li wildet lil Alla) ma jinsabux fil-​Bibbja.

  • L-​espressjoni “sultana tas-​smewwiet” fil-​Bibbja, ma tirreferix għal Marija, imma għal alla mara falz li kienet tingħata qima minn Iżraelin apostati. (Ġeremija 44:15-​19) Is-​“sultana tas-​smewwiet” setgħet kienet Ixtar (Astarte), alla mara falz Babiloniż.

  • Il-​Kristjani tal-​bidu la kienu jaqdu lil Marija u lanqas ituha xi unur speċjali. Kittieb tal-​istorja jgħid li l-​Kristjani tal-​bidu “kienu jirrifjutaw li jagħtuha qima u probabbli kienu jibżgħu li attenzjoni żejda lil Marija setgħet tqajjem suspett li qed iqimu alla mara.”—In Quest of the Jewish Mary.

  • Il-​Bibbja tgħid li Alla minn dejjem eżista. (Salm 90:1, 2; Isaija 40:28) Ladarba Alla ma kellux bidu, ma jistax ikollu omm. Barra minn hekk, Marija ma setgħetx iżżomm lil Alla f’ġufha; il-​Bibbja tagħmilha ċara li lanqas is-​sema ma tesgħu.—1 Slaten 8:27.

Marija—Omm Ġesù u mhux “Omm Alla”

Marija kienet Lhudija mit-​twelid, u kienet dixxendenta b’mod dirett tas-​Sultan David. (Luqa 3:23-​31) Hi kienet favorita bil-​kbir minn Alla minħabba l-​fidi u d-​devozzjoni tagħha. (Luqa 1:28) Alla għażel lilha biex issir omm Ġesù. (Luqa 1:31, 35) Flimkien maʼ żewġha, Ġużeppi, Marija kellha tfal oħra.—Marku 6:3.

Għalkemm il-​Bibbja turi li Marija saret waħda mid-​dixxipli taʼ Ġesù, il-​Bibbja ma tagħtix ħafna iktar informazzjoni dwarha.—Atti 1:14.

Għala xi wħud iqisu lil Marija bħala omm Alla?

L-​iktar evidenza antika taʼ devozzjoni lejn Marija tiħodna lura lejn l-​aħħar tar-​rabaʼ seklu WK (wara Kristu). Dak iż-​żmien, il-​Knisja Kattolika saret ir-​reliġjon tal-​Istat tal-​Imperu Ruman. B’hekk, ħafna li kellhom background pagan saru Kristjani tal-​isem biss. Il-​Knisja aċċettat ukoll it-​tagħlim tat-​Trinità, li mhuwiex ibbażat fuq il-​Bibbja.

Id-​duttrina tat-​Trinità ġiegħlet lil ħafna nies fil-​knisja biex jikkonkludu li jekk Ġesù kien Alla, allura Marija tiġi omm Alla. Fl-​431 WK, konċilju, jew laqgħa, tal-​knisja f’Efesu stqarr pubblikament li Marija hi “Omm Alla”. Il-​qima żejda lil Marija, jew Mariolatry, kibret ħafna wara dan il-​Konċilju taʼ Efesu. U hekk kif dawk taʼ background pagan ingħaqdu mal-​knisja, l-​istatwi u x-​xbihat tal-​Verġni Marija bil-​mod il-​mod ħadu post l-​allat nisa tagħhom tal-​fertilità, bħal Artemi (li r-​Rumani jirreferu għaliha bħala Diana) u Isis.

Fl-​432 WK, Papa Sistu III ordna biex tinbena knisja f’Ruma ddedikata għal “Omm Alla.” Din inbniet viċin post fejn kien ġie mibni tempju ddedikat għal Luċina, l-​alla mara Rumana tal-​ħlas. Wieħed awtur iddeskriva din il-​knisja bħala “simbolu ċar li l-​knisja Kattolika bidlet il-​qima pagana tal-​Omm il-​Kbira mal-​qima taʼ Marija wara li r-​Rumani bdew jissejħu Kristjani.”—Mary​—The Complete Resource.

a Diversi gruppi reliġjużi jgħallmu li Marija hi omm Alla. Huma forsi jirreferu għaliha bħala “Reġina tas-​Sema,” “Sultana tas-​Smewwiet,” jew Teotokos, kelma Griega li tfisser “dik li wildet lil Alla.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja