LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 160
  • Ġesù għala jissejjaħ l-Iben t’Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù għala jissejjaħ l-Iben t’Alla?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Kien Ġesù jgħix fis-sema qabel ma twieled fuq l-art?
  • X’kien jagħmel Ġesù qabel ma ġie fuq l-art?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Min Hu Ġesù?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 160
Ġesù jitlob lil Missieru tas-sema

Ġesù għala jissejjaħ l-Iben t’Alla?

It-tweġiba tal-Bibbja

Il-Bibbja spiss issejjaħ lil Ġesù “l-Iben t’Alla.” (Ġwanni 1:49) L-espressjoni “l-Iben t’Alla” turina li Alla huwa l-Ħallieq, jew is-Sors taʼ kull ħajja, inkluż dik taʼ Ġesù. (Salm 36:9; Rivelazzjoni 4:11) Il-Bibbja ma tgħallimx li Alla sar missier taʼ iben bl-istess mod kif in-nies inisslu t-tfal.

Il-Bibbja ssejjaħ ukoll lill-anġli “wlied l-Alla l-veru.” (Ġob 1:6) U l-Bibbja tgħid li l-ewwel uman, Adam, kien “bin Alla.” (Luqa 3:38) Madankollu, minħabba li Ġesù kien l-ewwel ħolqien t’Alla u l-uniku wieħed maħluq direttament minnu, il-Bibbja tiddeskrivi lil Ġesù bħala l-iktar Iben importanti t’Alla.

  • Kien Ġesù jgħix fis-sema qabel ma twieled fuq l-art?

  • X’kien jagħmel Ġesù qabel ma ġie fuq l-art?

Kien Ġesù jgħix fis-sema qabel ma twieled fuq l-art?

Iva. Ġesù kien spirtu fis-sema qabel ma twieled bħala uman fuq l-art. Ġesù nnifsu qal: ‘Jien inżilt mis-sema.’—Ġwanni 6:38; 8:23.

Alla ħalaq lil Ġesù qabel ma ħalaq l-affarijiet l-oħrajn. Dwar Ġesù, il-Bibbja tgħid:

  • “Hu . . . l-ewwel imwieled mill-ħolqien kollu.”—Kolossin 1:15.

  • Hu “l-bidu tal-ħolqien li għamel Alla.”—Rivelazzjoni 3:14.

Ġesù wettaq il-profezija dwar il-wieħed “li l-oriġini tiegħu hi mill-qedem, mill-jiem taʼ żmien twil ilu.”—Mikea 5:2; Mattew 2:4-6.

X’kien jagħmel Ġesù qabel ma ġie fuq l-art?

Hu kellu pożizzjoni għolja fis-sema. Ġesù rrefera għal din il-pożizzjoni meta hu talab: “Missier, igglorifikani . . . bil-glorja li kelli ħdejk qabel ma kienet teżisti d-dinja.”—Ġwanni 17:5.

Hu għen lil Missieru joħloq l-affarijiet l-oħrajn kollha. Ġesù ħadem flimkien maʼ Alla “bħala ħaddiem tas-sengħa.” (Proverbji 8:30) Dwar Ġesù, il-Bibbja tgħid: “Permezz tiegħu nħolqu l-affarijiet l-oħrajn kollha fis-smewwiet u fuq l-art.”—Kolossin 1:16.

Alla ħadem permezz taʼ Ġesù biex joħloq l-affarijiet l-oħrajn kollha. Dan il-ħolqien inkluda l-anġli l-oħrajn kollha u kif ukoll l-univers. (Rivelazzjoni 5:11) Sa ċertu punt, din il-koperazzjoni bejn Ġesù u Alla nistgħu nqabbluha maʼ perit u bennej li jaħdmu flimkien. Il-perit ifassal il-pjanta; il-bennej jagħmel il-pjanta realtà.

Hu kien il-Kelma. Meta l-Bibbja titkellem dwar Ġesù qabel ma kien fuq l-art, il-Bibbja ssejjaħlu “l-Kelma.” (Ġwanni 1:1) Milli jidher, Alla uża lil Ibnu biex iwassal informazzjoni u struzzjonijiet lil ħlejjaq spirti oħrajn.

Ġesù jidher ukoll li kien il-Kelliemi t’Alla għall-bnedmin fuq l-art. Alla x’aktarx tkellem permezz taʼ Ġesù bħala l-Kelma meta ta struzzjonijiet lil Adam u Eva fil-ġnien tal-Għeden. (Ġenesi 2:16, 17) Ġesù jistaʼ jkun li kien l-anġlu li ggwida lill-Iżraelin tal-qedem fid-deżert u jistaʼ jkun li kien leħnu li l-Iżraelin kellhom jobdu.—Eżodu 23:20-23.a

a Il-Kelma mhux l-uniku anġlu li Alla tkellem permezz tiegħu. Pereżempju, hu uża anġli oħrajn minflok l-ewwel Imwieled tiegħu biex jagħti l-Liġi tiegħu lill-Iżraelin tal-qedem.—Atti 7:53; Galatin 3:19; Ebrej 2:2, 3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja