LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 166
  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huma l-Flus l-Għerq taʼ Kull Ħażen?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Il-​Bibbja x’tgħid dwar il-​flus?
  • Il-​Bibbja għala twissi dwar l-​imħabba għall-​flus?
  • Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​pariri tal-​Bibbja dwar il-​flus?
  • Il-flus
    Stenbaħ!—2014
  • Kif Tistaʼ Żżomm Ħarsa Bilanċjata Lejn il-Flus?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . .
    Stenbaħ!—1997
  • Kif tqassmu l-flus
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 166
Raġel jaqbad ammont kbir taʼ flus.

Huma l-​Flus l-​Għerq taʼ Kull Ħażen?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Le. Il-​Bibbja ma tgħidx li l-​flus huma ħżiena, u lanqas ma tgħid li l-​flus huma l-​kaġun prinċipali tal-​ħażen kollu. In-​nies jgħidu li l-​flus huma l-​għerq tal-​ħażen kollu, imma din hi kwotazzjoni meħuda mill-​Bibbja li la hi kompleta u lanqas eżatta. Fir-​realtà, il-​Bibbja tgħid li “l-​imħabba għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull tip taʼ ħsara.”—1 Timotju 6:10, Karm Żammit, enfasi tagħna.

  • Il-​Bibbja x’tgħid dwar il-​flus?

  • Il-​Bibbja għala twissi dwar l-​imħabba għall-​flus?

  • Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​pariri tal-​Bibbja dwar il-​flus?

  • Versi mill-​Bibbja dwar il-​flus

Il-​Bibbja x’tgħid dwar il-​flus?

Il-​Bibbja tirrikonoxxi li l-​flus, meta jintużaw bl-​għaqal, jistgħu jkunu utli, saħansitra taʼ “protezzjoni.” (Ekkleżjasti 7:12) Barra minn hekk, il-​Bibbja tfaħħar lil dawk li juru ġenerożità maʼ ħaddieħor, anki billi forsi jagħtu l-​flus.—Proverbji 11:25.

Fl-​istess ħin, il-​Bibbja twissina biex ma nagħmlux il-​flus l-​iktar ħaġa importanti f’ħajjitna. Din tgħid: “Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus, waqt li tkunu kuntenti b’dak li għandkom fil-​preżent.” (Ebrej 13:5) It-​tagħlima hi li nużaw il-​flus sewwa u mhux nagħmlu minn kollox biex insiru sinjuri. Il-​mira tagħna għandha tkun li nkunu kuntenti bl-​affarijiet li verament għandna bżonn, bħall-​ikel, l-​ilbies, u fejn noqogħdu.—1 Timotju 6:8.

Il-​Bibbja għala twissi dwar l-​imħabba għall-​flus?

Min hu rgħib mhuwiex se jikseb il-​ħajja taʼ dejjem. (Efesin 5:5) Raġuni waħda hi li r-​regħba hi forma taʼ idolatrija, jew qima falza. (Kolossin 3:5) Raġuni oħra hi li biex jiksbu dak li jixtiequ, in-​nies regħba jabbandunaw prinċipji tajbin. Proverbji 28:20 jgħid li ‘dawk li qed iħaffu biex jiksbu r-​rikkezzi mhux se jibqgħu innoċenti.ʼ Dawn jaf jiġu ttantati biex iwettqu atti kriminali, bħal blackmail, estorsjoni, frodi, ħtif taʼ nies, jew qtil.

Anki jekk l-​imħabba għall-​flus ma twassalx għal kondotta ħażina, din tistaʼ ġġib konsegwenzi negattivi oħra. Il-​Bibbja tgħid li “dawk li huma determinati li jsiru għonja jaqgħu f’tentazzjoni u f’nassa u f’ħafna xewqat bla sens li jwasslu għall-​ħsara.”—1 Timotju 6:9.

Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​pariri tal-​Bibbja dwar il-​flus?

Jekk ma nagħmlux dak li hu ħażin biex nakkwistaw iktar flus, se jkollna rispett lejna nfusna, u l-​approvazzjoni u l-​appoġġ t’Alla. Alla jwiegħed dan lil dawk li b’mod sinċier jipprovaw jogħġbuh: “Żgur ma nitilqekx u żgur ma nabbandunakx.” (Ebrej 13:5, 6) Hu jassigurana wkoll li “bniedem li jaġixxi bil-​fedeltà se jikseb ħafna barkiet.”—Proverbji 28:20.

Versi mill-​Bibbja dwar il-​flus

Ekkleżjasti 7:12: “Il-​flus huma protezzjoni.”

Xi Jfisser: Meta jintużaw bil-​għaqal, il-​flus jistgħu jkunu taʼ benefiċċju, għax jipprovdulna xi ftit tas-​sigurtà.

Luqa 12:15: “Anki meta wieħed ikollu bl-​abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”

Xi Jfisser: Il-​flus mhumiex l-​iktar ħaġa importanti fil-​ħajja, u mhux se jgħinuna biex insalvaw.

1 Timotju 6:10: “L-​imħabba għall-​flus hi l-​għerq taʼ kull tip taʼ ħsara u, billi rawmu din l-​imħabba, xi wħud ġew żvijati mill-​fidi u ferew lilhom infushom b’ħafna weġgħat.”

Xi Jfisser: Fihom infushom il-​flus mhumiex ħżiena. Imma n-​nies li jħobbu l-​flus—li f’ħajjithom jiffokaw l-​iktar fuq il-​flus—iġibu l-​problemi b’idejhom, bħal familji mkissrin u saħħa batuta għax jaħdmu żżejjed.

Ebrej 13:5: “Ħa jkun il-​mod kif tgħixu ħieles mill-​imħabba għall-​flus, waqt li tkunu kuntenti b’dak li għandkom fil-​preżent.”

Xi Jfisser: Minflok ma nipprovaw insiru sinjuri akkost taʼ kollox, nagħmlu tajjeb jekk inkunu kuntenti b’dak li verament għandna bżonn.

Mattew 19:24: “Hu eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn taʼ labra milli raġel għani jidħol fis-​saltna t’Alla.”

Xi Jfisser: Ġesù kien għadu kemm stieden lil żagħżugħ sinjur biex ikun segwaċi tiegħu. Iż-​żagħżugħ irrifjuta għax kien iħobb wisq l-​affarijiet li kellu. Allura Ġesù kien qed jagħti twissija. Bniedem li jpoġġi l-​affarijiet materjali qabel Alla jirriskja li jitlef il-​ħajja taʼ dejjem.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja