LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
Avviż
Lingwa ġdida disponibbli: Betsileo
  • Illum

It-Tlieta, 28 taʼ Ottubru

Ġeħova l-wieħed li jagħmlek stabbli.—Is. 33:​6, nwt.

Avolja aħna qaddejja leali taʼ Ġeħova, xorta jkollna l-problemi u nimirdu, eżatt bħal nies oħrajn. Barra minn hekk, jistaʼ jkun li nies li huma kontra tagħna jagħmluhielna diffiċli u jittrattawna ħażin. Għalkemm Ġeħova jħallina ngħaddu mill-problemi, hu jwegħedna li se jgħinna. (Is. 41:10) Bl-għajnuna tiegħu, aħna nistgħu nibqgħu ferħanin, nieħdu deċiżjonijiet tajbin, u nibqgħu naqduh anke meta nkunu għaddejjin minn problemi kbar. Ġeħova jwiegħed li se jtina dak li l-Bibbja tgħid li hu “l-paċi t’Alla.” (Flp. 4:​6, 7) Din il-paċi tirreferi għall-kalma li ħa nħossu minħabba l-ħbiberija tajba li jkollna maʼ Ġeħova. Din il-paċi “tisboq kull ħsieb,” allura hi isbaħ minn kull ħaġa oħra li nistgħu nimmaġinaw. Pereżempju, ġieli tlabt lil Ġeħova mill-qalb u wara ħassejtek vera kalm? Int ħassejtek hekk għax Ġeħova tak “il-paċi t’Alla.” w24.01 20 ¶2; 21 ¶4

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

L-Erbgħa, 29 taʼ Ottubru

“Jien se nfaħħar lil Ġeħova; jien se nfaħħar lil ismu l-qaddis b’qalbi kollha.”—Salm 103:1.

Dawk li jħobbu lil Ġeħova jixtiequ jfaħħru lil ismu b’qalbhom kollha. Ir-Re David fehem li meta nfaħħru isem Alla nkunu qed infaħħru lil Ġeħova stess. Meta naħsbu dwar l-isem taʼ Ġeħova, f’moħħna jiġina x’karattru għandu, il-kwalitajiet sbieħ tiegħu, u l-affarijiet sbieħ kollha li għamel. David qies l-isem taʼ Ġeħova bħala qaddis u faħħru. Hu ried jagħmel dan ‘b’qalbu kollha.’ Bl-istess mod, il-Leviti kienu minn taʼ quddiem f’li jfaħħru lil Ġeħova. Huma ammettew li ma kellhomx kliem biżżejjed biex ifaħħru l-isem qaddis taʼ Ġeħova. (Neħ. 9:5) Bla dubju, tifħir mill-qalb bħal dan għamel lil Ġeħova ferħan. w24.02 9 ¶6

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Il-Ħamis, 30 taʼ Ottubru

“Għamilna kemm għamilna progress, ejjew nibqgħu nimxu bl-istess mod.”—Flp. 3:16.

Ġeħova mhux se jaħseb li fallejt jekk ma tilħaqx mira li tkun diffiċli għalik. (2 Kor. 8:12) Ara x’tistaʼ titgħallem meta tiġri xi ħaġa li twaqqfek milli tilħaq il-mira li tkun għamilt. Żomm f’moħħok dak li diġà rnexxielek tagħmel. Il-Bibbja tgħid li ‘Alla mhux inġust biex jinsa dak li għamilt.’ (Ebr. 6:10) Lanqas int m’għandek tinsa. Aħseb dwar il-miri li diġà lħaqt. Jistgħu jkunu l-ħbiberija li bnejt ma’ Ġeħova, li titkellem dwaru m’oħrajn, jew il-magħmudija. Bħalma għamilt progress u rnexxielek tilħaq il-miri spiritwali fil-passat, int tistaʼ tibqaʼ tagħmel progress u tilħaq il-miri li għamilt issa. Bl-għajnuna taʼ Ġeħova int tistaʼ tilħaq il-mira tiegħek. Dejjem ara kif Ġeħova qed jgħinek, u dan se jagħtik raġuni biex tkun ferħan waqt li tkompli taħdem biex tilħaq il-mira tiegħek. (2 Kor. 4:7) Jekk ma taqtax qalbek, se tirċievi barkiet ikbar.—Gal. 6:9. w23.05 31 ¶16-18

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja