LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
Avviż
Lingwa ġdida disponibbli: Betsileo
  • Illum

L-Erbgħa, 29 taʼ Ottubru

“Jien se nfaħħar lil Ġeħova; jien se nfaħħar lil ismu l-qaddis b’qalbi kollha.”—Salm 103:1.

Dawk li jħobbu lil Ġeħova jixtiequ jfaħħru lil ismu b’qalbhom kollha. Ir-Re David fehem li meta nfaħħru isem Alla nkunu qed infaħħru lil Ġeħova stess. Meta naħsbu dwar l-isem taʼ Ġeħova, f’moħħna jiġina x’karattru għandu, il-kwalitajiet sbieħ tiegħu, u l-affarijiet sbieħ kollha li għamel. David qies l-isem taʼ Ġeħova bħala qaddis u faħħru. Hu ried jagħmel dan ‘b’qalbu kollha.’ Bl-istess mod, il-Leviti kienu minn taʼ quddiem f’li jfaħħru lil Ġeħova. Huma ammettew li ma kellhomx kliem biżżejjed biex ifaħħru l-isem qaddis taʼ Ġeħova. (Neħ. 9:5) Bla dubju, tifħir mill-qalb bħal dan għamel lil Ġeħova ferħan. w24.02 9 ¶6

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Il-Ħamis, 30 taʼ Ottubru

“Għamilna kemm għamilna progress, ejjew nibqgħu nimxu bl-istess mod.”—Flp. 3:16.

Ġeħova mhux se jaħseb li fallejt jekk ma tilħaqx mira li tkun diffiċli għalik. (2 Kor. 8:12) Ara x’tistaʼ titgħallem meta tiġri xi ħaġa li twaqqfek milli tilħaq il-mira li tkun għamilt. Żomm f’moħħok dak li diġà rnexxielek tagħmel. Il-Bibbja tgħid li ‘Alla mhux inġust biex jinsa dak li għamilt.’ (Ebr. 6:10) Lanqas int m’għandek tinsa. Aħseb dwar il-miri li diġà lħaqt. Jistgħu jkunu l-ħbiberija li bnejt ma’ Ġeħova, li titkellem dwaru m’oħrajn, jew il-magħmudija. Bħalma għamilt progress u rnexxielek tilħaq il-miri spiritwali fil-passat, int tistaʼ tibqaʼ tagħmel progress u tilħaq il-miri li għamilt issa. Bl-għajnuna taʼ Ġeħova int tistaʼ tilħaq il-mira tiegħek. Dejjem ara kif Ġeħova qed jgħinek, u dan se jagħtik raġuni biex tkun ferħan waqt li tkompli taħdem biex tilħaq il-mira tiegħek. (2 Kor. 4:7) Jekk ma taqtax qalbek, se tirċievi barkiet ikbar.—Gal. 6:9. w23.05 31 ¶16-18

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

Il-Ġimgħa, 31 taʼ Ottubru

“Il-Missier iħobbkom peress li intom tħobbuni u emmintu li bagħatni hu.”—Ġw. 16:27.

Ġeħova jfittex modi biex juri lill-qaddejja tiegħu li hu jħobbhom u ferħan bihom. Fil-Bibbja nsibu żewġ okkażjonijiet fejn hu qal lil Ġesù li kien iħobbu u hu ferħan bih. (Mt. 3:17; 17:5) Tixtieq li Ġeħova jgħid li hu ferħan bik ukoll? Ġeħova ma jkellimniex mis-sema, imma jkellimna permezz tal-Bibbja. Meta naqraw dak li qal Ġesù lid-dixxipli tiegħu, ikun qisu qed nisimgħu lil Ġeħova jgħid l-istess kliem lilna. Ġesù imita lil Missieru b’mod perfett. Mela meta naqraw li Ġesù qal lid-dixxipli imperfetti tiegħu li hu ferħan bihom, nistgħu nimmaġinaw lil Ġeħova jgħid l-istess lilna. (Ġw. 15:​9, 15) Jekk ngħaddu minn xi problema, ma jfissirx li Ġeħova m’għadux ferħan bina. Minflok, dawn il-problemi jtuna ċ-ċans biex nuru lil Ġeħova kemm inħobbuh u kemm nafdawh.—Ġak. 1:12. w24.03 28 ¶10-11

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja