LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Illum

Il-Ħadd, 2 taʼ Novembru

“Ħa ma nibqgħux reqdin bħalma jagħmlu l-oħrajn, imma ħa nibqgħu mqajmin u f’sensina.”—1 Tess. 5:6.

L-imħabba wkoll hi importanti biex nibqgħu mqajmin u attenti. (Mt. 22:​37-39) Meta nħobbu lil Alla, se nkunu nistgħu nibqgħu nippritkaw minkejja l-problemi li jistgħu jinqalgħulna. (2 Tim. 1:​7, 8) Peress li nħobbu lin-nies li ma jħobbux lil Ġeħova, aħna nibqgħu nippritkaw, anki permezz tat-telefown u l-ittri. Aħna ma naħsbux li n-nies qatt mhu se jinbidlu u jagħmlu t-tajjeb. (Eżek. 18:​27, 28) Aħna nħobbu wkoll lill-aħwa u nuru li nħobbuhom billi ‘nfarrġu lil xulxin u nibnu lil xulxin.’ (1 Tess. 5:11) Bħal suldati li jgħinu lil xulxin fi ġlieda, aħna ninkuraġġixxu lil xulxin. Aħna ġieli nweġġgħu lil ħutna imma mhux apposta jew biex inpattuhielhom. (1 Tess. 5:​13, 15) Aħna nuru l-imħabba wkoll billi nirrispettaw l-aħwa li qed jieħdu ħsieb il-kongregazzjoni.—1 Tess. 5:12. w23.06 10 ¶6; 11 ¶10-11

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

It-Tnejn, 3 taʼ Novembru

Jgħid Ġeħova xi ħaġa u ma jagħmilhiex?—Num. 23:19.

Mod wieħed kif insaħħu l-fidi tagħna hu billi naħsbu dwar is-sagrifiċċju taʼ Ġesù. Il-fidwa hija garanzija li l-wegħdi t’Alla se jiġru. Meta naħsbu sew għala Ġeħova pprovdielna l-fidwa u x’kellu jagħmel, se nsaħħu l-fidi li l-wegħda t’Alla dwar ħajja f’dinja aħjar żgur se tiġri. Għala nistgħu nkunu ċerti? Il-fidwa x’kienet tinvolvi? Ġeħova bagħat lill-ewwel Iben tiegħu li tant iħobb u l-iktar persuna li kienet qrib tiegħu, biex jitwieled bħala bniedem perfett fuq l-art. Waqt li Ġesù kien fuq l-art, hu ssaporta ħafna provi differenti. Imbagħad hu bata u miet mewta b’ħafna wġigħ. Xi prezz kbir kellu jħallas Ġeħova! Alla ma kienx ħa jħalli lil Ibnu jbati u jmut għalina biex ikollna ħajja aħjar għal ftit żmien biss. (Ġw. 3:16; 1 Pt. 1:​18, 19) Minħabba li Ġeħova ta lil Ibnu l-maħbub biex jgħinna, hu se jagħmel ċert li aħna nkunu nistgħu ngħixu fid-dinja l-ġdida għal dejjem. w23.04 27 ¶8-9

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025

It-Tlieta, 4 taʼ Novembru

“Fejn hu t-tingiż tiegħek, O Mewt?”—Ħos. 13:14.

Ġeħova jixtieq jirxoxtahom lill-mejtin? Żgur li iva. Hu ggwida lil xi rġiel biex fil-Bibbja jiktbu dwar il-wegħda tal-irxoxt. (Is. 26:19; Riv. 20:​11-13) U meta Ġeħova jwiegħed xi ħaġa, dejjem jagħmilha. (Ġoż. 23:14) Ġeħova vera jixtieq jirxoxta lil dawk li mietu. Aħseb dwar x’qal Ġob. Hu kien ċert li jekk imut, Ġeħova vera jixtieq jerġaʼ jarah ħaj. (Ġob 14:​14, 15) Ġeħova jħossu l-istess dwar il-qaddejja kollha tiegħu li mietu. Hu jħares ’il quddiem li jirxoxtahom u jarahom jgħixu ferħanin. Ġeħova kif iħossu dwar in-nies li mietu qabel ma kellhom iċ-ċans li jitgħallmu dwaru? Alla Ġeħova jħobb lil kulħadd u jixtieq jirxoxtahom ukoll. (Atti 24:15) Hu jrid itihom l-opportunità li jsiru l-ħbieb tiegħu u jgħixu għal dejjem fuq l-art.—Ġw. 3:16. w23.04 9 ¶5-6

Neżaminaw l-Iskrittura Kuljum—2025
Merħba.
Din hija għodda għar-riċerka tal-pubblikazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova b’diversi lingwi.
Biex tiddawnlowdja l-pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok mur jw.org.
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja