11-17 T’AWWISSU
PROVERBJI 26
Għanja 88 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)
1. Żomm ’il Bogħod minn “Xi Ħadd Stupidu”
(10 min.)
“Xi ħadd stupidu” ma ħaqqux jiġi onorat (Pr 26:1; it-2 729 ¶6)
“Xi ħadd stupidu” spiss ikollu bżonn dixxiplina soda (Pr 26:3; w87 10/1 19 ¶12)
“Xi ħadd stupidu” mhux taʼ min jafdah (Pr 26:6; it-2 191 ¶4)
XI JFISSER: Fil-Bibbja, il-frażi “xi ħadd stupidu” tiddeskrivi persuna li ma tirraġunax u ma tobdix il-livelli tajbin t’Alla.
2. Ġawhar Spiritwali
(10 min.)
Pr 26:4, 5—X’nistgħu nitgħallmu minn dawn il-versi dwar kif għandna nwieġbu lil xi ħadd stupidu? (it-1 846)
Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja ta’ din il-ġimgħa?
3. Qari tal-Bibbja
(4 min.) Pr 26:1-20 (th studju 5)
4. Ibda Konversazzjoni
(3 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Ibda konversazzjoni billi tuża fuljett. (lmd lezzjoni 1 punt 5)
5. Kompli Ibni l-Interess
(4 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Kompli d-diskussjoni fuq il-fuljett li ħallejtlu l-aħħar darba. (lmd lezzjoni 7 punt 4)
6. Agħmel Dixxipli
(5 min.) Għin lill-istudent biex jipprepara ħalli jagħti xhieda lil xi ħadd li jiġi minnu. (lmd lezzjoni 11 punt 5)
Għanja 94
7. Ara li “Jkollok l-Għerf Biex Issalva” Billi Tagħmel Studju Personali
(15 min.) Diskussjoni.
L-appostlu Pawlu fakkar lil Timotju kemm huma importanti l-kotba qaddisa li tgħallem minn meta kien żgħir. Dawn il-kitbiet għenu lil Timotju biex ‘ikollu l-għerf biex isalva.’ (2Ti 3:15) Minħabba li l-veritajiet tal-Bibbja huma prezzjużi ħafna, hu importanti li kull Kristjan jagħmel il-ħin biex jaqra l-Bibbja u biex jistudja. Imma xi ngħidu jekk ma tħobbx tistudja?
Aqra 1 Pietru 2:2. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Nistgħu nieħdu pjaċir nistudjaw il-Bibbja?
X’nistgħu nagħmlu biex ‘nixxennqu’ għall-Kelma t’Alla?—w18.03 28 ¶6
L-għodod li tipprovdilna l-organizzazzjoni bħall-JW Library, kif jgħinuna biex nieħdu pjaċir iktar nistudjaw il-Bibbja?
Uri l-VIDJOW Affarijiet li Wettqet l-Organizzazzjoni—Għajnuna għall-Użu ta’ JW Library. Imbagħad staqsi lill-udjenza:
Kif ibbenefikajt meta użajt il-JW Library®?
Liema affarijiet tieħu pjaċir tuża?
Liema affarijiet tixtieq titgħallem u tibda tuża?
8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni
(30 min.) lfb lezzjonijiet 8-9